Home / Programme / Kif Taħdem ma’ Edituri Professjonali: Workshop minn Ann VanderMeer – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇲🇹/🇬🇧 Kif Taħdem ma’ Edituri Professjonali: Workshop minn Ann VanderMeer – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇲🇹/🇬🇧 8th November, 2025 10:30 AM - 12:00 PM Issa ilek tikteb għal xi żmien. Jew forsi tixtieq tikteb dawk l-istejjer kollha li ilhom iduru f’moħħok. Iżda xi ngħidu dwar ir-reviżjoni u l-editjar? Kemm huma importanti u kif tista’ tibbenifika minnhom? Ingħaqad mal-editriċi rebbieħa ta’ diversi premji, Ann VanderMeer, għal dan il-workshop dwar l-editjar fejn tista’ titgħallem dwar is-servizzi differenti li editur jista’ jipprovdilek biex tirfina l-finzjoni tiegħek kif ukoll kif tinkorpora r-reviżjoni fil-proċess tal-kitba tiegħek. F’dal-workshop qed tistenniek taħlita ta’ lekċers qosra ma’ eżerċizzji tal-kitba divertenti. Ma jonqosx ħafna logħob bil-kitba li se jurik kif tista’ tirrevedi l-finzjoni tiegħek miegħek innifsek jew m’oħrajn. Il-parteċipanti se jitgħallmu wkoll kif taħdem m’edituri professjonali u professjonisti oħrajn fid-dinja tal-pubblikazzjoni. Trid tirreġistra għal dan il-workshop bla ħlas. Ninkoraġġixxu lill-parteċipanti prospettivi biex jibbukkjaw malajr peress li l-postijiet huma limitati, u se jiġu rriservati fuq bażi ta’ min japplika l-ewwel jinqeda l-ewwel. Dwar l-EditriċiAnn VanderMeer hija editriċi u antoloġista rebbieħa ta’ diversi premji. Bħalissa qed isservi ta’ editriċi tal-akkwisti għal Reactormag.com. Rebħet il-Premju Hugo meta kienet tmexxi l-editorija ta’ Weird Tales. Fost diversi nominazzjonijiet, rebħet il-Premju Dinji tal-Fantasija, il-Premju Locus u l-Premju Ingliż tal-Fantasija għal The Weird: A Compendium of Strange and Dark Stories. Għallmet numru sabiħ ta’ workshops tal-kitba, fosthom il-Yale University Writers Conference, Clarion, Odyssey u Shared Worlds (kamp tal-kitba għaż-żgħażagħ). Tat anki seminars dwar il-kreattività lil udjenzi varji, mil-librari tal-istat tal-Arizona sa Blizzard Entertainment. Ġiet intervistata għal WIRED.Com, NPR, BITCH magazine, The Weather Channel u bosta aktar. Proġetti oħra jinkludu Best American Fantasy, tliet antoloġiji Steampunk, u l-ktieb umoristiku The Kosher Guide to Imaginary Animals. L-aktar antoloġiji reċenti tagħha jinkludu The Time Traveler’s Almanac, Sisters of the Revolution, u The Bestiary, antoloġija b’finzjoni u arti oriġinali. Irreġistra SHARE POST Similar Posts ColourVerse: Univers ta’ Kuluri u Kreattività mill-Faber-Castell: Workshop tal-Illustrazzjoni għat-Tfal – Malta Community of Illustrators (MCOI) u Faber-Castell – L-Istand 1 🇲🇹/🇬🇧 5th November, 2025 10:00 AM - 11:30 AM Read More Kif jinkitbu l-artikli tal-Wikipedija? – Wikimedia Community Malta (WCM) u KNK – L-Atelier 🇲🇹/🇬🇧 9th November, 2025 4:00 PM - 4:00 PM Read More MT – Malta Community of Illustrators (MCOI) u Faber-Castell – L-Istand 1 🇲🇹/🇬🇧 9th November, 2025 2:30 PM - 4:00 PM Read More Sessjonijiet ta’ Konsultazzjoni Wiċċ Imb Wiċċ għal Awturi Ġodda – Bookmark Editors – L-Atelier 🇲🇹/🇬🇧 9th November, 2025 2:00 PM - 3:30 PM Read More Nirfinaw Widnet il-Moħħ: Strateġiji Prattiċi għal Kitba Aħjar tad-Djalogu – Bookmark Editors – L-Atelier 🇬🇧 9th November, 2025 12:30 PM - 1:30 PM Read More Il-Kappar Mhux iż-Żrar u ż-Żrar Mhux Kappar (Etajiet 10–13): Workshop ta’ kitba kreattiva – Kotba Calleja – L-Atelier 🇲🇹 9th November, 2025 11:00 AM - 12:00 PM Read More MT – Malta Community of Illustrators (MCOI) u Faber-Castell – L-Istand 1 🇲🇹/🇬🇧 9th November, 2025 10:30 AM - 12:00 PM Read More Kif jinkitbu l-artikli tal-Wikipedija? – Wikimedia Community Malta (WCM) u KNK – L-Atelier 🇲🇹/🇬🇧 8th November, 2025 7:00 PM - 8:00 PM Read More Lejla ma’ Jeff VanderMeer: Intervista u ffirmar ta’ kotba – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧 8th November, 2025 7:00 PM - 8:00 PM Read More