Home / Programme / L-intervista lill-awtur ma’ Mark Doty – KNK L-intervista lill-awtur ma’ Mark Doty – KNK 26th March, 2021 4:00 PM - 5:00 PM [embedyt] https://www.youtube.com/watch?v=Nlerpb_aBg8[/embedyt] Il-poeta u kittieb ta’ tifkiriet awtobijografiċi Mark Doty intervistat minn Prof. James Corby dwar id-damma ta’ xogħlijietu li tinkludi l-poeżija, il-memoir u l-kitba akkademika. Mark Doty huwa l-awtur ta’ disa’ kotba tal-poeżija u tliet memoirs. Uħud minn dawn il-kotba kienu bestsellers u rebbħuh unuri varji tul il-karriera letterarja tiegħu. Fost dawn hemm il-memoir bestseller ta’ New York Times Dog Years (2007), u l-ġabra ta’ poeżija My Alexandria (1993) li biha sar l-ewwel Amerikan li rebaħ il-premju letterarju Brittaniku T.S. Eliot. It-tieni memoir tiegħu, Firebird (1999), intlaqa’ tajjeb u ġie deskritt bħala dokument evokattiv dwar l-esperjenza żagħżugħa tal-omosesswalità fl-atmosfera Amerikana tal-baby boomers. Bħala poeta ta’ vers intelliġenti u eleganti, Doty tqabbel fi mkejjen oħra ma’ poeti bħal James Merrill, Walt Whitman u C.P. Cavafy. Doty huwa Professur Distint fl-Università ta’ Rutgers. James Corby huwa Pofessur Assoċjat u Kap tad-Dipartiment tal-Ingliż fl-Università ta’ Malta, fejn jgħallem it-teorija letterarja, il-poeżija, u l-filosofija. Huwa koeditur fundatur ta’ CounterText: A Journal for the Study of the Post-Literary, ippubblikat minn Edinburgh University Press u li jinsab fis-sitt sena konsekuttiva tiegħu. Huwa membru fundatur ukoll ta’ Futures of Literature Network, qafas ta’ riċerka bbażat f’Malta. Ippubblika l-aktar fuq il-letteratura, il-filosofija, fosthom fuq ir-Romantiċiżmu, il-Moderniżmu, il-fenomenoloġija, il-performance, il-politika, it-teorija letterarja, u l-letteratura kontemporanja. VIDEO PLAY VIDEO Close modal SHARE POST Similar Posts Mini Workshops Kreattivi – Inanna Publishers – Ikkanċellat 10th November, 2024 1:00 PM - 1:30 PM Read More Taħdita minn Veronica Veen – Inanna Publishers – Ikkanċellat 7th November, 2024 5:30 PM - 6:00 PM Read More Taħdita minn Veronica Veen – Inanna Publishers – Ikkanċellat 6th November, 2024 5:30 PM - 6:00 PM Read More L’editoria indipendente in Italia oggi – Istituto Italiano di Cultura – Is-Sala tal-Qarrejja 10th November, 2024 5:00 PM - 6:00 PM Read More Exploring the East: Marco Polo’s Journey through Cathay – Istituto Italiano di Cultura – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 6:00 PM - 7:00 PM Read More Cento anni di Goliarda Sapienza. Conversazione con Maria Rizzarelli – IIC – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 5:00 PM - 6:00 PM Read More Taħdita: Il-Korrispondenza bejn Ġużè Cardona u Karmen Mikallef Buħaġar – L-Akkademja tal-Malti – Is-Sala tal-Qarrejja 7th November, 2024 7:30 PM - 8:30 PM Read More ‘Prophet Song’: Kelma mal-Awtur Paul Lynch, Rebbieħ tal-Premju Booker – KNK – It-Teatru 8th November, 2024 8:00 PM - 9:00 PM Read More Daniel Massa, laqgħa mal-poeta – Kotba Calleja – Ir-Rokna tal-Ktieb 10th November, 2024 4:30 PM - 5:00 PM Read More