Skip to content

Niktbu Finzjoni Immaġinattiva: Masterclass minn Jeff VanderMeer – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧

6th November, 2025
7:00 PM - 8:30 PM
Niktbu Finzjoni Immaġinattiva: Masterclass minn Jeff VanderMeer – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧

L-awtur bestseller u rebbieħ ta’ diversi premji Jeff VanderMeer se jurik kif tista’ taħseb b’mod aktar kreattiv dwar l-ispirazzjoni, il-proċess, il-karattri, u l-plott permezz tal-ktieb uniku tiegħu Wonderbook, li se jservi ta’ punt ta’ riferiment għal workshop informattiv u divertenti dwar il-poter tal-immaġinazzjoni. Wonderbook għadu l-uniku gwida tal-kitba illustrat minn qoxra sa qoxra fid-dinja. Il-workshop se jkun viżiv ħafna, b’referenza għal bosta disinni b’kuluri stimulanti. (Il-parteċipanti m’għandhomx bżonn il-Wonderbook għall-workshop peress li l-materjal neċessarju se jiġi provdut.)

Trid tirreġistra għal din l-attività bla ħlas. Postijiet riservati fuq bażi ta’ min japplika l-ewwel jinqeda l-ewwel.

Dwar l-Awtur
Jeff VanderMeer huwa l-awtur ta’ Hummingbird Salamander; ir-rumanzi ta’ Borne (Borne, The Strange Bird, u Dead Astronauts); u s-serje Southern Reach (Annihilation – rebbieħ tal-Premju Nebula u l-Premju Shirley Jackson, u adattat għal film minn Paramount; Authority; Acceptance u; Absolution). Tkellem fl-MIT, Columbia, Yale, u Vanderbilt, u fl-2024  ta l-John Hersey Memorial Address waqt il-Key West Literary Seminar. Il-letteratura mhux fittizja ambjentali ta’ VanderMeer dehret f’Time, The Nation, Current Affairs, u Esquire fost oħrajn. VanderMeer waqqaf l-organizzazzjoni bla qligħ Sunshine State Biodiversity Group fl-2023. Flimkien ma’ martu Ann VanderMeer, kien il-koeditur ta’ antoloġiji pijunieri fosthom l-ewwel żewġ volumi ta’ Best American Fantasy u l-ewwel żewġ volumi ta’ Steampunk, New Weird, The Weird, The Thackery T. Lambshead Cabinet of Curiosities, The Time Traveler’s Almanac, The Big Book of Science Fiction, The Big Book of Classic Fantasy, u The Big Book of Modern Fantasy.

SHARE POST

Similar Posts
This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.