Home / Programme / Preżentazzjoni tal-ktieb ‘Leli di Casal Piccolo’ (Leli ta’ Ħaż-Żgħir) – IIC Preżentazzjoni tal-ktieb ‘Leli di Casal Piccolo’ (Leli ta’ Ħaż-Żgħir) – IIC 15th November, 2020 4:30 PM - 5:30 PM Konverżazzjoni ma’ Isabella Ellul Cefai, it-traduttriċi għat-Taljan tar-rumanz klassiku tal-letteratura Maltija, Leli ta’ Ħaż-Żgħir ta’ Ġużè Ellul Mercer. Id-diskussjoni se tinkludi wkoll lil Carlo Morrone (il-pubblikatur), Charles Briffa (id-Dipartiment tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Istudju tal-Interpretar – Università ta’ Malta), Arnold Cassola (Professur tal-Malti u l-Letteratura Kontemporanja – Università ta’ Malta) u Simona Cassano (il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb). Dil-pubblikazzjoni kienet megħjuna finanzjarjament bi pjaċir mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Dan l-avveniment ikun bil-Malti u bl-Ingliż. L-Istituto Italiano di Cultura twaqqaf fi Frar tal-1971 u huwa wkoll is-Sezzjoni Kulturali tal-Ambaxxata Taljana f’Malta. L-Istituto huwa simbolu tal-kultura Taljana f’Malta, u l-għan ewlieni tiegħu huwa li jxerred dil-kultura u l-arti tagħha. Dan jagħmlu billi jorganizza attivitajiet kulturali, imexxi librerija li minnha jistgħu jissellfu l-kotba l-membri tagħha, u jikkollabora fil-qasam tal-edukazzjoni. Ħa ħsieb ukoll li jistabbilixxi xibka ta’ kuntatti bejn l-Università ta’ Malta u studji ta’ riċerka f’universitajiet Taljani, organizzazzjonijiet tal-istat u istituzzjonijiet oħra. L-Istituto jippromwovi avvenimenti bħal eżebizzjonijiet, kunċerti, drammi u konferenzi li jkunu miftuħa għal dawk kollha interessati fil-kultura u l-ħajja Taljana. VIDEO PLAY VIDEO Close modal SHARE POST Similar Posts Noti Editorjali: Noah Fabri – Taħdita bejn il-kittieba u l-edituri – Aphroconfuso – L-Istand 7 🇲🇹 9th November, 2025 4:45 PM - 5:30 PM Read More Niċċelebraw il-Letteratura Taljana – Istituto Italiano di Cultura La Valletta – Is-Sala tal-Qarrejja 🇮🇹 9th November, 2025 4:30 PM - 5:30 PM Read More Niċċelebraw il-Letteratura Taljana – Istituto Italiano di Cultura La Valletta – Is-Sala tal-Qarrejja 🇮🇹 9th November, 2025 3:30 PM - 4:30 PM Read More Il-Ktieb Malti għat-Tfal: Xi stejjer qed jaslu f’idejn il-qarrejja żgħar? – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇲🇹 9th November, 2025 2:00 PM - 3:00 PM Read More Noti Editorjali: Kurt Borg – Taħdita bejn il-kittieba u l-edituri – Aphroconfuso – L-Istand 7 🇲🇹 9th November, 2025 11:45 AM - 12:30 PM Read More Noti Editorjali: Nicole Borg – Taħdita bejn il-kittieba u l-edituri – Aphroconfuso – L-Istand 7 🇲🇹 9th November, 2025 10:45 AM - 11:30 AM Read More Xi Ngħidu dwar l-Ewwel Maltin?: Preżentazzjoni ta’ ktieb u taħdita minn Veronica Veen u Adrian Van der Blom – Inanna Publishers – Is-Sala tal-Qarrejja 🇬🇧 8th November, 2025 7:00 PM - 8:30 PM Read More Id-Disinn ta’ Logħob għal Tfal Żgħar: Frances & Ġorġ – The Wanderer’s Tome – Is-Sala tal-Qarrejja 🇬🇧 8th November, 2025 5:30 PM - 6:30 PM Read More THINK Soapbox: L-Università ta’ Malta – THINK Magazine – Is-Sala tal-Qarrejja 🇬🇧 8th November, 2025 2:00 PM - 3:30 PM Read More