Home / Programme / Preżentazzjoni ta’ ktieb: ‘Ir-Redentur: History, Art, Cult’ ta’ Jonathan Farrugia (ed.) – Midsea Books Preżentazzjoni ta’ ktieb: ‘Ir-Redentur: History, Art, Cult’ ta’ Jonathan Farrugia (ed.) – Midsea Books 26th March, 2021 10:00 AM - 11:00 AM [embedyt] https://www.youtube.com/watch?v=wJ9xals0Unc[/embedyt] L-Istatwa tar-Redentur tal-Isla hija mingħajr dubju l-iżjed statwa sakra ikonika f’Malta. Meqjuma minn ħafna waqt mumenti ta’ tbatija u niket, l-effiġja kienet dejjem moħbija fil-misteru sakemm ġie mibdi proġett ta’ konservazzjoni fl-2018. L-editur tal-ktieb rebbieh tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020, Dr. Jonathan Farrugia, ser ikun qiegħed jiddiskuti l-istorja, l-arti, u l-kult ta’ din l-istatwa ikonika mal-konservatriċi responsabbli għall-proġett ta’ konservazzjoni ta’ din l-istatwa Valentina Luppo mill-Atelier del Restauro. L-istatwa hija fost l-aktar meqjuma f’Malta mill-istatwi li juru lil Kristu mgħobbi bis-Salib. Minn dejjem kienet meqjusa mirakoluża u tattira ħafna devoti minn madwar il-gżejjer. Taħt id-direzzjoni editorjali ta Rev. Jonathan Farrugia, tim ta’ akkademiċi Maltin jippreżentaw l-iskoperti tagħhom ibbażati fuq ir-reputazzjoni u l-istorja intriganti tal-istatwa. Filwaqt li titfa’ dawl fuq l-iżvilupp tal-kult tal-istatwa, il-pubblikazzjoni tiġbor fiha l-istudju storiku, etnografiku, u ikonografiku tagħha fi ħdan il-kuntest tal-Arċikonfraternità tal-Kurċifiss Imqaddes u l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Il-pubblikazzjoni tiġbor riċerka arkivjali li ma kinitx ippubblikata, analiżi xjentifika fuq l-istruttura u l-materjali, it-teknika tal-manifattura u l-istorja tar-restawr tagħha sa meta nbeda dan il-proġett ta’ konservazzjoni tal-ogħla livell. Jonathan Farrugia huwa qassis kattoliku lettur tal-Patristika fi ħdan id-dipartiment tal-Istorja tal-Knisja, il-Patroloġija u l-Arkeoloġija Paleokristjana u affarijiet oħra relatati mat-twemmin u t-testi Nsara antiki, bħall-Ispiritwalità u l-Liturġija. Fl-2020 ingħata l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-ktieb li editja ‘Ir-Redentur: History, Art and Cult of The Miraculous Effigy of Christ The Redeemer at Senglea, Malta’, rebbieħ tal-kategorija ta’ riċerka bijografika u storjografika. VIDEO PLAY VIDEO Close modal SHARE POST Similar Posts Mini Workshops Kreattivi – Inanna Publishers – Ikkanċellat 10th November, 2024 1:00 PM - 1:30 PM Read More Taħdita minn Veronica Veen – Inanna Publishers – Ikkanċellat 7th November, 2024 5:30 PM - 6:00 PM Read More Taħdita minn Veronica Veen – Inanna Publishers – Ikkanċellat 6th November, 2024 5:30 PM - 6:00 PM Read More Exploring the East: Marco Polo’s Journey through Cathay – Istituto Italiano di Cultura – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 6:00 PM - 7:00 PM Read More Cento anni di Goliarda Sapienza. Conversazione con Maria Rizzarelli – IIC – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 5:00 PM - 6:00 PM Read More Taħdita: Il-Korrispondenza bejn Ġużè Cardona u Karmen Mikallef Buħaġar – L-Akkademja tal-Malti – Is-Sala tal-Qarrejja 7th November, 2024 7:30 PM - 8:30 PM Read More Niltaqgħu mal-Awtriċi: Anna-Elisabeth Mayer Taqra mir-Rumanz ‘Kreidezeit’ (2023) – GMC / Dept. of German, UM – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 7:30 PM - 8:30 PM Read More ‘Prophet Song’: Kelma mal-Awtur Paul Lynch, Rebbieħ tal-Premju Booker – KNK – It-Teatru 8th November, 2024 8:00 PM - 9:00 PM Read More Daniel Massa, laqgħa mal-poeta – Kotba Calleja – Ir-Rokna tal-Ktieb 10th November, 2024 4:30 PM - 5:00 PM Read More