Home / Programme / Mistoqsija u Tweġiba ma’ Salman Rushdie – KNK Mistoqsija u Tweġiba ma’ Salman Rushdie – KNK 12th November, 2020 6:30 PM - 8:00 PM Ibbukkja post għas-sessjoni virtwali ta’ Mistoqsija u Tweġiba ma’ Sir Salman Rushdie billi tibgħat dik il-mistoqsija li tixtieq tistaqsi lill-awtur! Sir Salman Rushdie huwa wieħed mill-aktar kittieba ċelebri ta’ żminijietna – ta’ kull żmien.. Meqjus provokaur brillanti, kittieb ta’ numru ta’ rumanzi li llum saru klassiċi letterarji, influwenzatur ta’ ġenerazzjoni ta’ kittieba, u onorat bil-Kavallerat tar-Reġina “għas-servizz lil-letteratura”, Rushdie jista’ jitqies kemm bħala ikona tal-kultura pop u anki bħala wieħed mill-aktar xbihat kellemija tal-libertà tal-kelma. Is-sessjoni ta’ Mistoqsija u Tweġiba Anki jekk ma jistax ikun Malta fiżikament, Rushdie se jinteraġixxi direttament mal-istudenti u l-qarrejja b’mod diġitali. Biex inżommu kemm jista’ jkun spirtu ta’ skambju n-numru ta’ parteċipanti mhux se jaqbeż l-40. Dawk interessati jibbukkjaw posthom għas-sessjoni jridu jibagħtu dik il-mistoqsija li jixtiequ jistaqsu lil Rushdie: aħjar il-mistoqsija, akbar iċ-ċans li tassigura post. Kulħadd se jkun jista’ jaċċessa din l-attività li se tkun imxandra dirett. Għoxrin mill-erbgħin post għal dis-sessjoni se jkunu rriżervati għal dawk li jkunu bagħtulna l-aħjar mistoqsijiet. Issottometti l-mistoqsija tiegħek billi tibgħatha f’imejl lil michael.mercieca@gov.mt sal-31 t’Ottubru bit-titlu tal-imejl ikun ‘MBF2020 Q&A’. Fl-imejl niżżel ukoll ismek, kunjomok u numru ta’ kuntatt. Se nagħmlu ħilitna biex l-istudenti jieħdu kemm jistgħu minn din l-okkażjoni ta’ darba fil li jitkellmu ma’ intellettwali pubbliku u wieħed mill-aktar ħassieba u promoturi provokanti tal-libertà tal-kelma. Għalhekk qed naħdmu mad-Dipartiment tal-Ingliż tal-Università ta’ Malta u d-Dipartiment tal-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tal-Ingliż (DESA) sabiex jassiguraw għoxrin post mill-erbgħin esklussivament għal studenti universitarji. is-sessjoni se titmexxa minn Prof James Corby, Professur Assoċjat u Kap tad-Diartiment tal-Ingliż. Dawk l-istudenti li jixtiequ jipparteċipaw fis-sessjoni ta’ Mistoqsija u Tweġiba mitluba jibagħtu l-mistoqsija tagħhom lid-DESA fuq desa.uom@gmail.com u jniżżlu wkoll isimhom, kunjomhom u numru ta’ kuntatt sa mhux aktar tard mill-31 t’Ottubru. Xandira diretta VIDEO PLAY VIDEO Close modal SHARE POST Similar Posts Eħlisna mid-Deni: A taste of Karl Schembri’s explosive new novel – Merlin Publishers – Is-Sala tal-Qarrejja 🇲🇹 9th November, 2025 6:00 PM - 7:00 PM Read More Lejla ma’ Jeff VanderMeer: Intervista u ffirmar ta’ kotba – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧 8th November, 2025 7:00 PM - 8:00 PM Read More Bejn il-Qoxra: Il-Malta University Press u l-awturi tagħha – Malta University Press (MUP) – Is-Sala tal-Qarrejja 🇬🇧/🇲🇹 8th November, 2025 4:00 PM - 5:00 PM Read More Irfina l-Pitch Tiegħek għall-Katalgu tad-Drittijiet ta’ Barra: Workshop minn Simon Trewin – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧 8th November, 2025 12:30 PM - 1:30 PM Read More Kif Taħdem ma’ Edituri Professjonali: Workshop minn Ann VanderMeer – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇲🇹/🇬🇧 8th November, 2025 10:30 AM - 12:00 PM Read More Lejla ma’ Samantha Harvey: Intervista u ffirmar ta’ kotba – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧 7th November, 2025 7:00 PM - 8:00 PM Read More F’Konverżazzjoni ma’ Iris Wolff: Ir-rumanz tagħha Lichtungen u t-traduzzjoni għall-Malti – Dept. of German (University of Malta), German-Maltese Circle & Horizons – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧 7th November, 2025 5:30 PM - 7:00 PM Read More Niktbu Finzjoni Immaġinattiva: Masterclass minn Jeff VanderMeer – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧 6th November, 2025 7:00 PM - 8:30 PM Read More L’editoria indipendente in Italia oggi – Istituto Italiano di Cultura – Is-Sala tal-Qarrejja 10th November, 2024 5:00 PM - 6:00 PM Read More