Home / Programme / Qari mill-ktieb ‘Id-Dinja tal-Orsini’ – Miller Distributors Qari mill-ktieb ‘Id-Dinja tal-Orsini’ – Miller Distributors 15th November, 2020 11:30 AM - 12:30 PM Ruth Frendo, il-kittieba u personalità televiżiva magħrufa, tagħti ħarsa lejn is-serje ta’ kotba Id-Dinja tal-Orsini, liema kotba nħadmu bir-realtà awmentata (augmented reality). Ħames persunaġġi b’forom, kuluri u daqsijiet differenti jgħixu f’post speċjali. Flimkien, huma jgħaddu minn avventuri differenti. Bis-saħħa t’hekk, il-ħamest iħbieb jesploraw ħajjithom b’tali mod li jistgħu jifhmuh sew il-qarrejja tfal. Barra minn hekk, kull storja twassal għal avventura, ‘Orsina’, differenti, li dejjem tgħaddi messaġġ utli. L-istejjer tal-Orsini jfittxu li jiftħu l-imħuħ u l-qlub tat-tfal, sabiex juruhom kemm id-dinja tagħna hi tassew sabiħa u maġika! Fost l-oħrajn, Ruth se taqra wħud mill-istejjer waqt li l-Orsini speċjali se jiġu mogħtija l-ħajja grazzi għar-realtà awmentata. L-istejjer jistgħu jinqraw mill-adulti lit-tfal, kif ukoll mit-tfal infushom. Is-serje ta’ kotba interattivi ġiet megħjuna mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. Dan il-proġett kellu fondi ta’ produzzjoni mill-Kummissjoni Maltija tal-Films, filwaqt li d-disinn u l-produzzjoni tas-sets saru mill-MCAST. Miller Distributors Ltd – Miller Distributors is the leading book importer and distributor in Malta and Gozo. We represent a large number of foreign and local publishers at all publishing levels, from children’s books to university texts and beyond. We supply a wide range of local retail customers with their book requirements and offer strong support services. VIDEO PLAY VIDEO Close modal SHARE POST Similar Posts Mini Workshops Kreattivi – Inanna Publishers – Ikkanċellat 10th November, 2024 1:00 PM - 1:30 PM Read More Taħdita minn Veronica Veen – Inanna Publishers – Ikkanċellat 7th November, 2024 5:30 PM - 6:00 PM Read More Taħdita minn Veronica Veen – Inanna Publishers – Ikkanċellat 6th November, 2024 5:30 PM - 6:00 PM Read More Il-Promoturi tal-Qari – L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu (NLA) u l-KNK – It-Teatru 6th November, 2024 6:00 PM - 8:00 PM Read More Iltaqgħu mal-karattri kkuluriti ta’ Perlina TV!: Filmati għal Tfal bejn 0–9 snin – Perlina TV – It-Teatru 10th November, 2024 11:00 AM - 12:00 PM Read More L’editoria indipendente in Italia oggi – Istituto Italiano di Cultura – Is-Sala tal-Qarrejja 10th November, 2024 5:00 PM - 6:00 PM Read More Exploring the East: Marco Polo’s Journey through Cathay – Istituto Italiano di Cultura – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 6:00 PM - 7:00 PM Read More Cento anni di Goliarda Sapienza. Conversazione con Maria Rizzarelli – IIC – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 5:00 PM - 6:00 PM Read More Gost il-Qari: Sessjonijiet ta’ Qari – L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu (NLA) – L-Istand tal-NLA 9 / 9th November, 2024 9:00 AM - 8:00 PM Read More