Skip to content

SESSJONI TA’ QARI MA’ RUTH FRENDO: ‘L-ĠĦOĠOL TAD-DEHEB’ U ‘ID-DINJA TAL-ORSINI’ – MILLER – SOUTH HALL

6th November, 2021
11:30 AM - 12:30 AM
SESSJONI TA’ QARI MA’ RUTH FRENDO: ‘L-ĠĦOĠOL TAD-DEHEB’ U ‘ID-DINJA TAL-ORSINI’ – MILLER – SOUTH HALL

Waqt din is-sessjoni ta’ qari, l-awtriċi tal-kotba għat-tfal u preżentatriċi Ruth Frendo se tkun qed taqra mill-kotba tas-serje L-Għoġol tad-Deheb u Id-Dinja tal-Orsini.

Dawn il-kotba interattivi bir-realtà miżjuda (AR) ġew megħjuna mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u se jkunu għall-bejgħ bi prezz imraħħas.

Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb.
Ibbukkja post għal dan l-avveniment fuq: https://agendabookshop.com/pages/register

M’hemmx għalfejn tippreżenta ċertifikat tat-tilqim għal dan l-avveniment tat-tfal.

Żjarat fiż-żona tal-ħwienet tal-kotba ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.

VIDEO
Video Placeholder

SHARE POST

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.