Skip to content

Sessjonijiet ta’ Konsultazzjoni Wiċċ Imb Wiċċ għal Awturi Ġodda – Bookmark Editors – L-Atelier  🇲🇹/🇬🇧

9th November, 2025
2:00 PM - 3:30 PM
Sessjonijiet ta’ Konsultazzjoni Wiċċ Imb Wiċċ għal Awturi Ġodda – Bookmark Editors – L-Atelier  🇲🇹/🇬🇧

Qed taħdem fuq manuskritt u qed tfittex għarfien espert biex jgħinek tersaq eqreb biex tippubblikah? Il-ħidma u l-kollaborazzjoni ma’ editur jipprovdulek gwida imprezzabbli u direzzjoni ċara, b’ċansijiet akbar ta’ suċċess fil-pubblikazzjoni tiegħek. F’din is-sessjoni one-to-one ta’ 20 minuta, se taħdem ma’ Elizabeth Cortis—editriċi tal-kotba, konsulent editorjali, u fundatriċi ta’ Bookmark Editors—biex tingħata feedback personalizzat. Se titgħallem liema huma l-elementi effettivi tal-manuskritt tiegħek u x’ċans għandu biex jiġi ppubblikat, tidentifika l-partijiet li jeħtieġu titjib, u tkun taf liema huma l-passi li jmiss biex tippubblika xogħlok.

Ibgħat l-ewwel 5,000 kelma tal-manuskritt tiegħek bil-quddiem biex tingħata feedback. Se jkun hemm biss tliet postijiet disponibbli.Dan l-avveniment huwa bla ħlas, iżda jeħtieġ reġistrazzjoni minn qabel. Jekk jogħġbok irreġistra permezz ta’ din il-formola.

SHARE POST

Similar Posts
This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.