Home / Programme / Id-dinja-seħer tal-kotba tat-tfal (etajiet 0-7) – KNK Id-dinja-seħer tal-kotba tat-tfal (etajiet 0-7) – KNK 13th November, 2020 3:30 PM - 4:30 PM Bis-saħħa ta’ dawn ix-xows imtellgħin apposta għat-tfal tal-iskola nassigurawkom vjaġġ mill-isbaħ fid-dinja msaħħra ħolqien tal-aħjar awturi f’Malta ta’ kotba għat-tfal! Tim professjonali ta’ atturi mmexxi mill-kariżmatika Antonella Axisa se jieħu ħsieb jipproduċi performance teatrali spettakolari bbażata fuq ix-xogħlijiet rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2020 li se tixxandar dirett f’kull klassi f’Malta u Għawdex. Għalissa l-isem tax-xow se nħalluh sigriet…biss biss il-kotba rebbieħa jitħabbru l-ġurnata ta’ qabel! Wara x-xow, l-istudenti huma mistiedna jsegwu intervista mal-awtur u l-atturi. Il-programm tal-attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se joffri opportunità għall-istudenti biex isaħħu l-ħiliet varji tal-qari, iħeġġeġ aktar qari u jistimula l-kunfidenza tagħhom mal-kotba Maltin. Qed nistinkaw sabiex il-Festival iservi ta’ inċentiv biex tinħoloq diskussjoni fil-klassi dwar il-qari u l-kotba, isiru sessjonijiet dwar l-esperjenza ta’ tqallib tal-kotba b’mod virtwali u biex ikun gwida għall-aħjar kotba tat-tfal ippubblikati lokalment. Imbagħad Ix-xow ibbażat fuq kotba tat-tfal, did-darba għal dawk bejn it-8 u t-12-il sena, jixxandar il-Ħamis 12 ta’ Novembru fid-9.30am. Għal dawk l-iskejjel li jagħżlu xow bl-Ingliż, għandna ppreparat xow mingħand il-kittieb Iżraeljan Eran Katz li kiteb kotba dwar il-ħiliet speċjali tal-moħħ u li bihom kiser rekords tal-bejgħ. Dax-xow jittella’ l-Ġimgħa 13 ta’ Novembru fid-9.30am. VIDEO PLAY VIDEO Close modal SHARE POST Similar Posts Mini Workshops Kreattivi – Inanna Publishers – Ikkanċellat 10th November, 2024 1:00 PM - 1:30 PM Read More Il-Promoturi tal-Qari – L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu (NLA) u l-KNK – It-Teatru 6th November, 2024 6:00 PM - 8:00 PM Read More Iltaqgħu mal-karattri kkuluriti ta’ Perlina TV!: Filmati għal Tfal bejn 0–9 snin – Perlina TV – It-Teatru 10th November, 2024 11:00 AM - 12:00 PM Read More Gost il-Qari: Sessjonijiet ta’ Qari – L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu (NLA) – L-Istand tal-NLA 9 / 9th November, 2024 9:00 AM - 8:00 PM Read More Gost il-Qari: Sessjonijiet ta’ Qari – L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu (NLA) – L-Istand tal-NLA 9 / 10th November, 2024 9:00 AM - 8:00 PM Read More Gost il-Qari: Sessjonijiet ta’ Qari – L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu (NLA) – L-Istand tal-NLA 9 / 8th November, 2024 5:00 PM - 8:00 PM Read More Gost il-Qari: Sessjonijiet ta’ Qari – L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu (NLA) – L-Istand tal-NLA 9 / 7th November, 2024 5:00 PM - 8:00 PM Read More Gost il-Qari: Sessjonijiet ta’ Qari – L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu (NLA) – L-Istand tal-NLA 9 6th November, 2024 5:00 PM - 8:00 PM Read More Minn Tema għal Illustrazzjoni: Workshop minn Ed Dingli (14+) – KNK u l-Kunsill Malti għall-Arti (ACM) – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 11:30 AM - 12:30 PM Read More