Home / Programme / Wiri ta’ Film u Bibita mal-Ħbieb: Prof. Daniel Massa, Rebbieħ tal-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Letteratura – KNK – It-Teatru
Wiri ta’ Film u Bibita mal-Ħbieb: Prof. Daniel Massa, Rebbieħ tal-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Letteratura – KNK – It-Teatru

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) jonora lil Daniel Massa, li s-sena l-oħra rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba u l-Letteratura, permezz tal-wiri ta’ dokumentarju maħdum minn Blank Canvas Creatives.
Wara d-dokumentarju l-awturi r-rebbieħa u l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb se jkollhom ċans iqattgħu ftit ħin jitħaddtu. Bi pjaċir nistednukom tisimgħu mużika live mill-kantanta Kym Pepe u l-mużiċist Jimmy Bartolo, li addattaw il-lirika ta’ Massa għall-mużika.