Home / Programme / Xi Ngħidu dwar l-Ewwel Maltin?: Preżentazzjoni ta’ ktieb u taħdita minn Veronica Veen u Adrian Van der Blom – Inanna Publishers – Is-Sala tal-Qarrejja 🇬🇧 Xi Ngħidu dwar l-Ewwel Maltin?: Preżentazzjoni ta’ ktieb u taħdita minn Veronica Veen u Adrian Van der Blom – Inanna Publishers – Is-Sala tal-Qarrejja 🇬🇧 8th November, 2025 7:00 PM - 8:30 PM Fl-aktar ktejjeb riċenti tagħhom, il-kittieba ta’ Inanna Publishers Veronica Veen u Adrian van der Bloom jitkellmu dwar l-ewwel kaċċaturi u ġabbara li għexu flimkien fiż-żewġ naħat tal-Gżira Għawdxija. F’din il-lekċer, l-awturi jfiehmu kif il-ktejjeb ġie ispirat mis-sejbiet Mesolitiċi riċenti fil-Latnija ċ-Ċirkewwa, u jħarsu mill-ġdid lejn in-noti li kienu ħadu fuq il-post fl-1990. Post qrib il-Qala – li jiġi faċċata tal-Latnija – ta riżultati sorprendenti għax fih instabu artefatti Mesolitiċi li jmorru lura sal-perjodu bikri Neolitiku. Din l-istorja ntqal ħafna dwarha fil-kotba The First Maltese, ippubblikati fl-1992 u l-2022. Il-ktieb The Goddess of Malta (1992) ta’ Veronica Veen jagħti stampa tal-kultura Neolitika sħiħa ta’ Malta, li tinkludi x-xbihat u s-simboliżmu tagħha, b’esej miżjuda fir-ripubblikazzjoni tal-kunċett tal-alla mara. Fl-2023, Veen ippubblikat Malta’s Temple Culture Summarised in the Twin Ladies of the Xaghra Circle. Fil-bidu tal-40 sena tagħha ta’ xogħol antropoloġiku f’Għawdex, b’enfasi fuq in-nisa, Veen se titkellem ukoll dwar il-kotba l-oħra tagħha f’dal-qasam, fosthom Female Images of Malta (1994). Dal-kotba se jkunu għall-bejgħ bi prezz speċjali waqt il-Festival. Inanna PublishersInanna hija dar tal-pubblikazzjoni idealistika u prolifika li tippubblika kotba u artikli xjentifiċi dwar il-presitorja Maltija u speċjalment dik Għawdxija, immirati għal udjenza wiesgħa. Sa mill-1992, id-dar ippubblikat 10 kotba, fosthom The First Maltese u ieħor dwar il-kultura tat-tempji. Barra minn dawn, suġġetti oħrajn li din id-dar tiddedika ħin għalihom huma l-istorja tal-mara u t-tradizzjoni tar-rakkuntar tal-istejjer min-nisa, kif jidhru f’kotba bħal Female Images of Malta u The Maltese Cinderella. Dawn tal-aħħar kienu ngħataw fondi mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bis-saħħa tal-Fond Malti tal-Ktieb. SHARE POST Similar Posts Noti Editorjali: Noah Fabri – Taħdita bejn il-kittieba u l-edituri – Aphroconfuso – L-Istand 7 🇲🇹 9th November, 2025 4:45 PM - 5:30 PM Read More Niċċelebraw il-Letteratura Taljana – Istituto Italiano di Cultura La Valletta – Is-Sala tal-Qarrejja 🇮🇹 9th November, 2025 4:30 PM - 5:30 PM Read More Kif jinkitbu l-artikli tal-Wikipedija? – Wikimedia Community Malta (WCM) u KNK – L-Atelier 🇲🇹/🇬🇧 9th November, 2025 4:00 PM - 4:00 PM Read More Niċċelebraw il-Letteratura Taljana – Istituto Italiano di Cultura La Valletta – Is-Sala tal-Qarrejja 🇮🇹 9th November, 2025 3:30 PM - 4:30 PM Read More Il-Ktieb Malti għat-Tfal: Xi stejjer qed jaslu f’idejn il-qarrejja żgħar? – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇲🇹 9th November, 2025 2:00 PM - 3:00 PM Read More Noti Editorjali: Kurt Borg – Taħdita bejn il-kittieba u l-edituri – Aphroconfuso – L-Istand 7 🇲🇹 9th November, 2025 11:45 AM - 12:30 PM Read More Noti Editorjali: Nicole Borg – Taħdita bejn il-kittieba u l-edituri – Aphroconfuso – L-Istand 7 🇲🇹 9th November, 2025 10:45 AM - 11:30 AM Read More Kif jinkitbu l-artikli tal-Wikipedija? – Wikimedia Community Malta (WCM) u KNK – L-Atelier 🇲🇹/🇬🇧 8th November, 2025 7:00 PM - 8:00 PM Read More Id-Disinn ta’ Logħob għal Tfal Żgħar: Frances & Ġorġ – The Wanderer’s Tome – Is-Sala tal-Qarrejja 🇬🇧 8th November, 2025 5:30 PM - 6:30 PM Read More