Home / Resources / Ir-Rapport Annwali 2018 Back to Resources Ir-Rapport Annwali 2018 4th February, 2019 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir jippreżenta r-Rapport Annwali tal-2018. L-2018 għalqet sena konsekuttiva oħra ta’ żvilupp għall-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, li rat żieda addizzjonali fil-finanzjament tal-Gvern, u servizzi u proġetti ġodda taħt il-mandat tagħna. Bil-miri l-ġodda kollha u kompiti addizzjonali, din kienet waħda mill-aktar snin ta’ sfida. Il-KNK jixtieq jirringrazzja lil kull min ta sehem biex l-2018 tissarraf f’suċċess. Qedgħin nistennew l-2019 bil-ħerqa aħna u nħarsu lejn aktar proġetti u sfidi akbar. Minbarra li nsaħħu l-ħidma domestika tagħna, għandna l-intenzjoni li nespandu l-ħidma tagħna barra minn xtutna. L-industrija lokali tal-kotba qiegħda taffaċċja diversi sfidi, iżda l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qatt qabel ma eżerċita rwol daqshekk ewlieni. Se nkomplu naħdmu lejn, u insegwu, l-għanijiet u l-viżjoni tagħna, filwaqt li nibqgħu umli, aċċessibbli u trasparenti. Tista’ taċċessa r-Rapport Annwali 2018 bil-Malti hawnhekk. SHARE POST