Skip to content

Ir-Rapport Annwali 2021

Image of Ir-Rapport Annwali 2021

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed jippubblika r-Rapport Annwali komprensiv tiegħu għas-sena 2021.

Jekk tħalli barra l-effetti tal-imxija tal-COVID-19, is-sena 2021 kienet immarkata mir-ritorn b’suċċess tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’mod fiżiku, avveniment integrali tal-kalendarju kulturali Malti. Il-Festival sar f’post ġdid u akbar, u sarraf f’imbuttatura ekonomika b’saħħitha u meħtieġa għall-pubblikaturi u l-bejjiegħa tal-kotba. L-2021 ġabet magħha tragwardi ġodda fil-pubblikazzjoni ta’ letteratura Maltija tradotta, u tkompla wkoll ix-xogħol fuq il-binja tal-Kunsill fi Tri Zekka l-Belt li għad tkun iċ-ċentru nazzjonali Malti tal-kotba.

Il-KNK jixtieq jirringrazzja lil kull min fl-2021 ħadem qatigħ sabiex iwieżen lix-xena tal-pubblikazzjoni f’Malta minkejja l-isfidi varji tagħha.

Tista’ taċċessa r-Rapport Annwali 2021 bil-Malti hawnhekk.

SHARE POST

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.