Home / Back to Winners Ossessjoni 14th February, 2011 Ippubblikat minn Merlin Publishers fl-2013 Amira altru li mhijiex it-tifla ta’ 10 snin li tidher. Moħħ ta’ mara li taf tikkalkula, ma tibżax minn raġel, taf fejn trid tasal u lesta tagħmel kollox biex tasal s’hemm. Nymphet. Il-gremxula tiegħi. Il-Lolita favorita. Jien iffissat fuqha, inħobbha bi mħabba tal-ġenn u nixtieqha b’mod miġnun il-ħin kollu. Minn liema pjaneta waqgħet din it-tifla ħelwa? Tatni prova kemm-il darba li taf tkun mara. Naf ċert li jekk nibqa’ naqdiha mill-koxxa ġġibli realtà l-ħolm u l-fantasiji kollha li għandi fuqha. Sirt agħar, wisq agħar minn skjav tagħha. Dwar l-awtur / About the author Carmel Scicluna ppubblika sittax-il ktieb: ħames rumanzi, tmien ġabriet ta’ stejjer u tliet ġabriet ta’ poeżiji: Il-Kalċi qiegħed Ifur, L-Ambjent li Qeridna u Min Jogħdos bla Maskra. Darbtejn finalista għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-kategorija tan-novelli (Feruti u Id-Dubbiena u Stejjer Oħra). Rebbieħ tal-Ewwel Premju fil-konkors ta’ letteratura għaż-żgħażagħ imtella’ mill-KNK/AŻ bil-manuskritt Ossessjoni. Rebbieħ tal-Ewwel Premju fil-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef bil-poeżija Submersi Filii. Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-kategorija tal-poeżija b’L-Ambjent li Qeridna. Carmel Scicluna has published sixteen books: five novels, eight collections of stories and three collections of poems: Il-Kalċi qiegħed Ifur, L-Ambjent li Qeridna and Min Jogħdos bla Maskra. Twice finalist for the National Book Prize in the short stories category (Feruti and Id-Dubbiena u Stejjer Oħra). Winner of the First Prize in the Novels for Youth Literary Contest organized by KNK/AŻ with the manuscript Ossessjoni. First Prize Winner in the Doreen Micallef National Poetry Contest with the poem Submersi Filii. Winner of the National Book Prize in the poetry category with L-Ambjent li Qeridna. SHARE POST