Home / Back to Winners Termini U Kundizzjonijiet Japplikaw 11th February, 2025 Ippubblikat minn Merlin Publishers fl-2017 Ruħ Gonsalvo Borg Buttigieg kienet fuq tarġa numru 77,777 tal-Ġenna, tistenna u titbaqbaq ma’ dak li kien qed isejjaħ lilu nnifsu “Il-Gwardjan tal-Bibien Imqaddsa”. Imma fuq l-għatba kien se jibqa’. Iż-żagħżugħ, liebes suit bajda, u li ma kien jixbah xejn lil San Pietru bl-imfietaħ, qallu: “Ir-raġġiera m’intix se teħodha għalissa, għax sejjer lura fid-dinja mnejn ġejt. Unfinished business, Gonsalvo. Każijiet hekk dejjem jintbagħtu lura …” Gonsalvo ħa nifs ’il ġewwa u beda nieżel is-77,777 tarġa lura lejn id-dinja tal-ħajjin, did-darba bħala ruħ inviżibbli. U l-missjoni tiegħu kienet ċara: jiskopri min kien qatlu, u għaliex. Imnejn se jibda? Iż-żagħżugħ tas-suit bajda tah punt tat-tluq: isib lil Miki Borg, tifel ta’ għaxar snin. Hu biss seta’ jgħinu jakkwista r-raġġiera. Dwar l-awtriċi / About the author Bajada taħdem biex bil-kitba tagħha tilħaq firxa wiesgħa ta’ adolexxenti. Bħala edukatriċi, tinteraġixxi magħhom kuljum, u għalhekk lil din id-demografija li qiegħda fil-mira tagħha tafha sew. F’kitbitha, taddotta ton leġġer, u tinseġ b’sengħa elementi differenti mill-ġeneri favoriti tagħha, fosthom l-isteampunk, in-narrattivi distopiċi u l-fantasija sewda. Rumanzi tagħha huma Arloġġ u Tila (Merlin Publishers, 2016), Termini u Kundizzjonijiet Japplikaw (Merlin Publishers, 2017) u Arlekkin Isfar (Merlin Publishers, 2019). Bajada works to reach a wide range of teenagers with her writing. As an educator, she interacts with them every day, so she knows this target demographic very well. In her writing, she adopts a light tone, skillfully weaving different elements from her favorite genres, including steampunk, dystopian narratives and black fantasy. Her novels are Arloġġ u Tila (Merlin Publishers, 2016), Termini u Kundizzjonijiet Japplikaw (Merlin Publishers, 2017) and Arlekkin Isfar (Merlin Publishers, 2019). SHARE POST