Home / News / Il-KNK jesprimi s-sogħba tiegħu għall-mewt ta’ Pawlu Mizzi Back to News Il-KNK jesprimi s-sogħba tiegħu għall-mewt ta’ Pawlu Mizzi Initiatives • News 5th August, 2019 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jesprimi s-sogħba tiegħu għall-mewt ta’ Paul Mizzi, li ħalliena llum, il-5 t’Awwissu 2019. Mizzi, il-fundatur ta’ Klabb Kotba Maltin (1970) u Midsea Books Ltd (1974), kien pijunier fl-industrija tal-kotba f’Malta u miegħu hemm ippubblikati bosta mill-aktar kotba fundamentali fil-letteratura Maltija, fosthom id-dizzjunarji ta’ Ġużè Aquilina u Erin Serracino Inglott, il-kotba ta’ Oliver Friggieri u d-drammi ta’ Francis Ebejer, il-poeżiji ta’ Doreen Micallef u kotba oħra ta’ studji storiċi ta’ Godfrey Wettinger. Kien attiv ħafna fil-qasam tal-kotba f’Malta, billi ħadem ma’ diversi gvernijiet sabiex tittella’ ta’ kull sena l-Fiera tal-Ktieb, li fil-bidu tagħha kellha xeħta internazzjonali, u li Mizzi kien jifforma parti mill-ewwel kumitat tagħha. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jibgħat il-kondoljanzi tiegħu lill-familja Mizzi, u jqawwi qalb Joe Mizzi biex ikompli bil-ħidma sfiqa tiegħu biex l-industrija tal-kotba f’Malta tkompli tikber b’kotba ta’ aktar kwalità, b’awturi li jkunu jistgħu jgħixu minn fuq il-kotba li jippubblikaw, u finalment b’poplu li jikkonsma l-letteratura b’mod intelliġenti. Ritratt: www.midseabooks.com SHARE POST Related Articles Make a mark abroad! Literary agent Simon Trewin offers practical networking tips during a free Zoom session News 12th September, 2025 Read More Bringing children’s literature to dynamic life on stage at the Malta Book Festival Festivals 10th September, 2025 Read More The National Book Council welcomes new board members News 10th September, 2025 Read More POSITION OF MANAGER WITH THE NATIONAL BOOK COUNCIL: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Booker Prize winner Samantha Harvey heads to Malta Book Festival News 2nd September, 2025 Read More The Commonwealth Short Story Prize 2026 Opens for Submissions in Maltese and English News 1st September, 2025 Read More Shortlist For The 2025 National Book Prize Announced News 26th August, 2025 Read More What Makes a Great Short Story? News 18th August, 2025 Read More ANNOUNCING THE NBC’S SHORT STORY WORKSHOP TOUR (AUG-OCT 2025) News 5th August, 2025 Read More The National Book Council launches Five-Year Strategy 2025–2030 News 5th August, 2025 Read More view all similar news
Make a mark abroad! Literary agent Simon Trewin offers practical networking tips during a free Zoom session News 12th September, 2025 Read More
Bringing children’s literature to dynamic life on stage at the Malta Book Festival Festivals 10th September, 2025 Read More
POSITION OF MANAGER WITH THE NATIONAL BOOK COUNCIL: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
The Commonwealth Short Story Prize 2026 Opens for Submissions in Maltese and English News 1st September, 2025 Read More