Home / News / Taħt il-Qoxra: John A. Bonello Back to News Taħt il-Qoxra: John A. Bonello Audiovisual • Initiatives • News • Taħt il-Qoxra 30th September, 2018 F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara titkellem ma’ John A. Bonello dwar il-ktieb tiegħu ‘It-Taár’, li hu wkoll finalist għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-kategorija tar-rumanzi bil-Malti u l-Ingliż. ‘It-Taár’ jieħu lill-qarrej 70 sena wara attakk nukleari li qered lid-dinja. Il-ftit li baqgħu ħajja jgħixu f’kundizzjonijiet ħżiena, iżda grupp ieħor ta’ nies jinsab protett f’torri li kien mibni apposta biex jilqa’ għal xi diżastru naturali. Bonello jgħid li r-rakkont mimli kuntrasti, ngħidu aħna bejn it-tifkiriet ta’ min jgħix barra t-torri u dawk li jgħixu fih. L-awtur jirrimarka li d-dettall tal-arkitettura li tfassal l-ispazji fir-rumanz għenu biex jaċċentwa l-kunflitt kbir bejn il-karattri u l-post li jgħixu fih. Għalhekk ir-rumanz jirrappreżenta utopja (it-torri) ġewwa distopja (barra t-torri) fi żmien ta’ kriżi dinjija. Skont Bonello l-kriżi, li hi riżultat tal-kilba tal-bniedem, twassal biex toħroġ minnu mhux l-agħar tiegħu, imma l-aħjar. Fit-tieni parti l-awtur jikkummenta dwar x’tinvolvi pubblikazzjoni li ma ssirx għand pubblikatur (self-publishing). Segwi aktar minn din l-intervista hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles The National Book Council At The 2026 London Book Fair News 19th February, 2026 Read More Register now for the Annual Book Conference News 17th February, 2026 Read More Applying for Writing Residencies and Workshops Abroad: Free Zoom Session from UK Literary Agent News 12th February, 2026 Read More The National Book Council Salutes the Memory of Lina Brockdorff News 11th February, 2026 Read More National Book Prize 2026 – Applications Are Open News 3rd February, 2026 Read More How To Connect With Small Presses: Free Zoom Session for Maltese Authors and Publishers from UK Literary Agent News 27th January, 2026 Read More Festival, Funds and Strategic Developments in 2026: Key Dates News 26th January, 2026 Read More Shining an international spotlight on the Maltese book sector at London Book Fair 2026 News 22nd January, 2026 Read More A book donation by the National Book Council to Malta Libraries Initiatives 16th January, 2026 Read More JOIN THE NBC AT THE LONDON BOOK FAIR 2026: GUEST PASSES FOR NBC STAKEHOLDERS FROM MALTA News 12th January, 2026 Read More view all similar news
Applying for Writing Residencies and Workshops Abroad: Free Zoom Session from UK Literary Agent News 12th February, 2026 Read More
How To Connect With Small Presses: Free Zoom Session for Maltese Authors and Publishers from UK Literary Agent News 27th January, 2026 Read More
Shining an international spotlight on the Maltese book sector at London Book Fair 2026 News 22nd January, 2026 Read More
A book donation by the National Book Council to Malta Libraries Initiatives 16th January, 2026 Read More
JOIN THE NBC AT THE LONDON BOOK FAIR 2026: GUEST PASSES FOR NBC STAKEHOLDERS FROM MALTA News 12th January, 2026 Read More