.

Ktieb ieħor fis-sensiela tat-traduzzjonijiet ta’ Faraxa Publishing Traduzzjonijiet Faraxa, id-dramm Kaligula, oriġinarjament xogħol Albert Camus maqlub għall-Maltin minn Toni Aquilina. Dad-dramm kien wieħed minn tnejn li jduru mat-tema tal-Assurd. It-taħdita minn Prof. Aquilina se tkun akkumpanjata minn żewġ performances ta’ Clive Piscopo u Claire Piscopo minn Theatre Lab Malta.

Toni (Anthony) Aquilina (mwieled 1954) (Chevalier u Officier dans l’Ordre des Palmes Academiques) hu l-awtur ta’ aktar minn ħamsin ktieb fil-biċċa l-kbira tagħhom traduzzjonijiet, u l-koawtur tas-sottotitoli bil-Malti  ta’ ‘l fuq minn għaxar filmijiet ċinematografiċi barranin. Huwa rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-kategorija tat-traduzzjonijiet ħames darbiet, kif ukoll il-premju internazzjonali Premio Ostana – Scritture in Lingue Madre – Categoria Traduzione. Xogħlu huwa dak ta’ Professur mad-Dipartiment tal-Istudji tat-Traduzzjoni, tat-Terminoloġija u tal-Interpretar, Fakultà tal-Arti, Università ta’ Malta.

THEATRE LAB MALTA huwa kunċett eċċitanti u ftit differenti mis-soltu ta’ kif wieħed jitgħallem ir-reċtar, id-drama, u t-teatru f’Malta.