Dan il-ktieb ta’ Andrea Polinelli jgħaqqad flimkien l-istorja tal-mużiċista Arġentin Gato Barbieri. Il-ktieb jitfa’ dawl fuq min Gato verament kien, għaliex iddeċieda li jemigra lejn l-Italja, u kemm influwenza l-iżvilupp tal-jazz Taljan, x’effett ħalla fuq il-mużika pop u xi kkontribwixxa lejn il-films tal-aktar diretturi Taljani innovattivi bħal Bernardo Bertolucci, Pier Paolo Pasolini, Marco Ferreri, Giuliano Montaldo, Gianni Amico u Alfredo Leonardi. Dan il-ktieb diġà tnieda b’suċċess fl-Umbra Jazz Festival 2023.