Home / Programme / Dinja ta’ Kitba: Masterclass tal-Kitba Kreattiva ma’ Anthony Horowitz – KNK – Is-Sala tal-Kittieba Dinja ta’ Kitba: Masterclass tal-Kitba Kreattiva ma’ Anthony Horowitz – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 7th November, 2024 7:30 PM - 8:00 PM Ingħaqad mal-awtur famuż Anthony Horowitz waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb għal masterclass dwar ir-rakkuntar tal-istejjer! Fannad fl-għarfien tiegħek tal-proċess tal-kitba, ikseb tekniki prattiċi, u ispira ruħek mill-kittieb bestseller tas-serje ta’ Alex Rider u r-rumanzi tad-ditektiv ta’ Sherlock Holmes, The House of Silk u Moriarty. Il-masterclass se jħares lejn l-ideat għall-plott, l-iżvilupp tal-karattri, id-djalogu, u d-differenza bejn il-kitba ta’ ktieb u l-kitba għat-TV. Wara jkun hemm sessjoni interattiva ta’ MuT mal-parteċipanti dwar aspetti varji tal-kitba. Trid tirreġistra għal dal-masterclass. Titlifx din l-opportunità u rreġistra kmieni ħalli żżomm postok! Anthony Horowitz CBE huwa wieħed mill-aktar kittieba prolifiċi u ta’ suċċess li jaħdmu fir-Renju Unit, u ħa l-fama għall-mezzi differenti li kkontribwixxa fihom. Imwieled enċiklopediku; jaqbeż mill-kitba ta’ kotba, serje televiżivi, films u drammi, sa ġurnaliżmu. Anthony kiteb aktar minn 50 ktieb, fosthom is-serje bestseller taż-żgħażagħ Alex Rider, li kellha aktar minn 21 miljun kopja mibjugħa, u li nqalbet għal fuq it-televixin minn Sony u Eleventh Hour Films u għamlet suċċessun. It-tielet serje tnediet f’April tal-2024, u ftit qabilha l-erbatax-il rumanz ta’ Alex Rider f’Settembru. SHARE POST Similar Posts Lejla ma’ Jeff VanderMeer: Intervista u ffirmar ta’ kotba – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧 8th November, 2025 7:00 PM - 8:00 PM Read More Irfina l-Pitch Tiegħek għall-Katalgu tad-Drittijiet ta’ Barra: Workshop minn Simon Trewin – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧 8th November, 2025 12:30 PM - 1:30 PM Read More Kif Taħdem ma’ Edituri Professjonali: Workshop minn Ann VanderMeer – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇲🇹/🇬🇧 8th November, 2025 10:30 AM - 12:00 PM Read More Lejla ma’ Samantha Harvey: Intervista u ffirmar ta’ kotba – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧 7th November, 2025 7:00 PM - 8:00 PM Read More Niktbu Finzjoni Immaġinattiva: Masterclass minn Jeff VanderMeer – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧 6th November, 2025 7:00 PM - 8:30 PM Read More L’editoria indipendente in Italia oggi – Istituto Italiano di Cultura – Is-Sala tal-Qarrejja 10th November, 2024 5:00 PM - 6:00 PM Read More Exploring the East: Marco Polo’s Journey through Cathay – Istituto Italiano di Cultura – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 6:00 PM - 7:00 PM Read More Niltaqgħu mal-Awtriċi: Anna-Elisabeth Mayer Taqra mir-Rumanz ‘Kreidezeit’ (2023) – GMC / Dept. of German, UM – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 7:30 PM - 8:30 PM Read More ‘Prophet Song’: Kelma mal-Awtur Paul Lynch, Rebbieħ tal-Premju Booker – KNK – It-Teatru 8th November, 2024 8:00 PM - 9:00 PM Read More