Il-membri ta’ Wikimedia Community Malta jiltaqgħu regolarment biex itejbu l-Wikipedija u proġetti oħra ta’ Wikimedia, bħal Wikidata u Wikimedia Commons. Ingħaqad magħna f’waħda minn dawn l-edit-a-toni fejn tista’ taħdem ma’ edituri ta’ esperjenza fuq suġġetti li jinteressawk. Huwa meħtieġ li ġġib laptop personali miegħek biex tieħu sehem fl-edit-a-toni waqt il-festival.