F’din id-diskussjoni, ir-rumanzier M.G. Sanchez u l-Kap tal-Iżvilupp Kulturali Davina Barbara, membri tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ta’ Ġibiltà, flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-KNK Mark Camilleri, se jiddiskutu l-letteratura, l-istorja u l-kultura lingwistika ta’ Ġibiltà. Fil-proċess se jippruvaw jiskopru wkoll paralleli interessanti bejn iż-żewġ ‘Blatiet’. Id-diskussjoni se tinkludi wkoll preżentazzjoni dwar The Rock Retreat 2024, residenza kreattiva għal kittieba u artisti li jispeċjalizzaw f’xogħol fittizju għat-tfal u ż-żgħażagħ, li hija ta’ interess għal awturi u illustraturi Maltin.