Rivisti letterarji, listi tal-aqwa kotba, premjijiet tal-kotba, Goodreads u BookTube kollha qed jikkompetu għall-fiduċja u l-attenzjoni tal-qarrejja. Kollha bil-mod tagħhom għandhom sehem fl-għażla tal-kotba li jixirqilhom rikonoxximent letterarju, li se jgawdu popolarità wiesgħa u dawk li ma ħaqqhomx ħinek. Sa liema punt jiddettaw l-għażliet tal-qarrejja, tal-kittieba u tal-pubblikaturi? U kemm huma meħtieġa għas-sostenn tax-xena letterarja u ta’ pubblikazzjonijiet b’saħħithom?
Il-kittieb u ġurnalist Teodor Reljić se jmexxi diskussjoni dwar l-irwoli u l-influwenza lokali u internazzjonali ta’ diversi forom ta’ kritika, bis-sehem ta’ Jen Calleja, traduttur mill-Ġermaniż ta’ The Pine Islands ta’ Marion Poschmann (Profile Books, 2019) li kien finalist għall-Premju Man Booker International fl-2019, il-Professur Ivan Callus, lettur dwar it-teorija u l-kritika letterarja fid-Dipartiment tal-Ingliż fl-Università ta’ Malta, u Robert Pisani, il-kittieb wara l-blog ta’ reċensjonijiet The Bobsphere.
Xandira diretta