Home / Programme / Insibu Tarf il-Każ: Serata ma’ Anthony Horowitz – KNK – It-Teatru Insibu Tarf il-Każ: Serata ma’ Anthony Horowitz – KNK – It-Teatru 9th November, 2024 8:00 PM - 9:00 PM Ingħaqdu magħna għal serata mhux ta’ min jitlifha ma’ Anthony Horowitz, wieħed mill-aktar kittieba prolifiċi u versatili fir-Renju Unit, huwa u jitkellem dwar il-karriera tiegħu mimlija suċċessi fil-kitba fittizja tal-polizjesk. L-avveniment se jitmexxa minn Prof. James Corby mid-Dipartiment tal-Ingliż fl-Università ta’ Malta. Dan huwa ċans rari sabiex insiru nafu kif jaħdem moħħ ta’ mgħallem fir-rakkuntar tal-istejjer. Anthony Horowitz CBE huwa wieħed mill-aktar kittieba prolifiċi u ta’ suċċess li jaħdmu fir-Renju Unit, u ħa l-fama għall-mezzi differenti li kkontribwixxa fihom. Imwieled enċiklopediku; jaqbeż mill-kitba ta’ kotba, serje televiżivi, films u drammi, sa ġurnaliżmu. Anthony kiteb aktar minn 50 ktieb, fosthom is-serje bestseller taż-żgħażagħ Alex Rider, li kellha aktar minn 21 miljun kopja mibjugħa, u li nqalbet għal fuq it-televixin minn Sony u Eleventh Hour Films u għamlet suċċessun. It-tieler serje tnediet f’April tal-2024, u ftit qabilha l-erbatax-il rumanz ta’ Alex Rider f’Settembru. Magħruf ukoll mal-kbar, kien ikkummissjonat biex jikteb żewġ rumanzi ġodda ta’ Sherlock Holmes, The House of Silk u Moriarty. Tqabbad ukoll mill-eredi tad-drittijiet ta’ Ian Fleming sabiex ikompli jikteb ir-rumanzi ta’ James Bond, bi Trigger Mortis u Forever and Day, ippubblikati fl-2015 u l-2018 rispettivament. It-tielet u l-aħħar rumanz fis-serje, With a Mind to Kill, kien ippubblikat f’Mejju tal-2022. Magpie Murders, rumanz rebbieħ ta’ bosta premji letterarji, Anthony ippubblikah f’Ottubru tal-2016, u x-xogħol intlaqa’ tajjeb mill-kritiċi tant li kien serjalizzat għat-televixin minn BritBox, b’Lesley Manville fil-parti ewlenija. Is-serje xxandret fuq il-BBC fl-2023. It-tkomplija tiegħu, Moonflower Murders, tixxandar fil-ħarifa tal-2024. Is-serje l-ġdida ta’ Horowitz, bid-Ditektiv Hawthorne u l-assistent tiegħu bl-isem ta’ Anthony Horowitz, tinkludi diġà ħames kotba: The Word is Murder, The Sentence is Death, A Line to Kill, The Twist of a Knife, u r-rumanz riċenti Close to Death (April 2024). Anthony huwa l-kreatur u l-kittieb ta’ wħud mill-aktar serje televiżivi maħbuba u ta’ suċċess fir-Renju Unit, fosthom Midsomar Murders, u huwa wkoll il-kittieb u l-ħallieq tas-serje drammatika Foyle’s War, li rebħet il-Law Grade Audience Aaward għall-BAFTA. Anthony ilu patrun mill-2019 ta’ Suffolk Home-Start, għaqda karitatevoli li twieżen familji f’Suffolk, u ngħata CBE fl-2022 għas-servizzi tiegħu fil-letteratura. VIDEO PLAY VIDEO Close modal SHARE POST Similar Posts L’editoria indipendente in Italia oggi – Istituto Italiano di Cultura – Is-Sala tal-Qarrejja 10th November, 2024 5:00 PM - 6:00 PM Read More Exploring the East: Marco Polo’s Journey through Cathay – Istituto Italiano di Cultura – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 6:00 PM - 7:00 PM Read More Cento anni di Goliarda Sapienza. Conversazione con Maria Rizzarelli – IIC – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 5:00 PM - 6:00 PM Read More Taħdita: Il-Korrispondenza bejn Ġużè Cardona u Karmen Mikallef Buħaġar – L-Akkademja tal-Malti – Is-Sala tal-Qarrejja 7th November, 2024 7:30 PM - 8:30 PM Read More Niltaqgħu mal-Awtriċi: Anna-Elisabeth Mayer Taqra mir-Rumanz ‘Kreidezeit’ (2023) – GMC / Dept. of German, UM – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 7:30 PM - 8:30 PM Read More ‘Prophet Song’: Kelma mal-Awtur Paul Lynch, Rebbieħ tal-Premju Booker – KNK – It-Teatru 8th November, 2024 8:00 PM - 9:00 PM Read More Daniel Massa, laqgħa mal-poeta – Kotba Calleja – Ir-Rokna tal-Ktieb 10th November, 2024 4:30 PM - 5:00 PM Read More L-Irwol tal-Illustraturi Kontemporanji: Diskussjoni u Tnedija tal-Illustration Annual 2024 – MCOI – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 2:30 PM - 3:30 PM Read More Żviluppa l-Finzjoni Tiegħek: Workshop ma’ Richard Skinner mill-Faber Academy – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 9th November, 2024 9:30 AM - 3:00 PM Read More