F’din il-ġabra ġdida ta’ novella, ħamsin b’kollox, Joe Friggieri jinseġ tapezzerija mlewna ta’ karattri minn kull sfera tal-ħajja f’ambjenti u żminijiet differenti. Miktubin b’Malti sabiħ u mżewqin bi djalogu ħaj u laqtiet umoristiċi, l-istejjer fihom ukoll element qawwi ta’ misteru u ħafna sorpriżi, li juru li l-ħajja rari tiżviluppa kif nistennewha jew kif nixtiquha.

Il-kreattività, l-innovazzjoni, il-kwalità u l-interess għall-qarreja huma fost l-aktar kunsiderazzjonijiet importanti għal Kite Group. Permezz ta’ kull ktieb, Kite Group ikun irid joħloq esperjeza li tagħti gost lill-qarrejja. Dan jgħodd kemm għal min ifittex il-viżiv u anki għal min ifittex il-qari. Fost il-kotba li ġew ippubblikati minn din id-dar tal-pubblikazzjonijiet, rebbieħa ta’ diversi premjijiet, hemm dawk dwar l-arti, il-kultura, bijografiji, stejjer qosra, kotba t’umoriżmu, fotografija, arkitettura, liġi u l-istorja ta’ pajjiżna. Kite Group joffri servizz lill-qarrejja u lil kull min irid jippubblika ktieb. Tista’ tixtri kotba ppubblikati minn Kite Group minn www.kitegroup.com.mt u tingħata skont ta’ 25% billi ddaħħal il-coupon code BOOKS25.