Ingħaqad mal-legatur, pubblikatur u awtur Glen Calleja għal workshop għal tfal ta’ bejn it-8 u t-12-il sena dwar kif jinħadem ktieb bl-idejn. Waqt il-workshop naraw x’metodi jintużaw tradizzjonalment u l-parteċipanti jkollhom l-opportunità jmiddu jdejhom biex jagħmlu ktieb żgħir. Trid tinkiteb għal dis-sessjoni, u m’hemmx ħlas għaliha.
Glen Calleja huwa legatur u artist tal-kotba. Calleja huwa l-fundatur ta’ Kotba Calleja, legatorija tal-kotba ġewwa r-Rabat (Malta) fejn joffri diversi servizzi. Huwa japplika t-teknika u l-metodi tal-legatorija tradizzjonali mal-prinċipji tad-disinn kontemporanju biex joħloq kotba uniċi jew edizzjonijiet żgħar ta’ pubblikazzjonijiet partikolari. Jirriċerka u joħloq prodotti maħduma mill-karta, minn bwieqi ta’ karta riċiklata sa oġġetti oħra. Calleja beda l-vjaġġ tiegħu f’din is-sengħa mad-disinjatriċi rinomata Lori Sauer (BINDING re:DEFINED) u sal-lum għadu student tagħha. Huwa mexxa diversi workshops fuq il-legatorija u x-xogħol bil-karta l-aktar madwar il-prinċipji ta’ “aħseb billi tagħmel” u madwar il-mistoqsija ta’ x’jagħmel ktieb.
Irreġistra hawn taħt.