Joe Sacco huwa wieħed mill-aqwa kartunisti fid-dinja. Żar diversi żoni fi kriżi u gwerra madwar id-dinja kollha u sarraf ir-riċerka tiegħu f’ġurnaliżmu grafiku, u huwa rikonoxxut globalment għall-komiks ta’ rappurtaġġ tal-gwerra. Sacco se jkun qed jitkellem ma’ James Debono, ġurnalista ewlieni fuq l-ambjent, u l-kwistjonijiet tal-ippjanar u l-użu tal-art mal-Malta Today. Wara l-intervista, Sacco se jkun qed jiffirma personalment kotba tiegħu.