Home / Programme / ’L Hinn mill-Kick-Off: Il-Kitba Sportiva f’Malta – KNK u Lab DFG – Is-Sala tal-Kittieba
’L Hinn mill-Kick-Off: Il-Kitba Sportiva f’Malta – KNK u Lab DFG – Is-Sala tal-Kittieba
10th November, 2024
12:30 PM - 1:30 PM

B’liema modi uniċi jiltaqgħu l-isports u l-kultura fil-kuntest Malti u anki dak usa’? Din id-diskussjoni se tiffoka fuq il-kitba tal-isports jew kif l-isports jidher fil-letteratura Maltija, aspett li ma ġiex diskuss jew esplorat wisq.
Biex nitkellmu dwar dan, Mark Vella se jimmodera diskussjoni bil-parteċipazzjoni ta’ Giovanni di Giorgi, l-editur ta’ Lab DGF li jorganizza l-Premio Invictus għal-letteratura sportiva. Jingħaqdu magħhom il-ġurnalist Charles Camenzuli u l-awtriċi Maria Borg Cremona.
VIDEO
