F’din id-diskussjoni mmoderata minn Ruth Ancilleri, il-kelliema Ed Dingli, Philip Sultana u Dr Ċensu Caruana (miċ-Ċentru għall-Edukazzjoni Ambjentali u r-Riċerka) se jitkellmu dwar l-illustratur ‘enċiklopediku’ u l-uċuħ varji tal-illustrazzjoni kontemporanja. Se jaraw ukoll kif illustratur jista’ juża ħilietu biex jindirizza temi ambjentali jaħarqu. Din l-attività se tinkludi t-tnedija tal-aħħar edizzjoni tal-Illustration Annual tal-MCOI.