Mill-Muppets għal-ħolqien ta’ thriller splussiv ġdid ibbażat fuq l-akbar serqa fl-istorja
L-awtur ibbażat f’Malta Mark Grenside qed jgħix ħajja tinkiteb. Il-karriera eklektika tiegħu bdiet fl-assiguranzzjoni tal-ħtif. Dak għandu jgħamel bidu affaxxinanti għall-karriera ta’ kulħadd, iżda ta’ 25 sena, Mark ħass li kien wasal iż-żmien għal bidla, u għalhekk ħalla l-ġlekk u l-ingravata u beda karriera fil-midja, jaħdem għal Jim Henson u The Muppets ©. Minn dak il-mument ‘il quddiem qatt ma ħares lura, u minn dakinhar kien involut fl-industrija tal-intrateniment u kważi f’kull aspett tagħha, inklużi films, TV, u mużika. Dan l-aħħar ħa wkoll l-irwol ta’ imprenditur – u kiteb ukoll l-ewwel ktieb tiegħu.
Ir-rumanz tad-debutt ta’ Mark Fall Out ħareġ f’Mejju ta’ din is-sena u intlaqa’ tajjeb mill-kritiċi. L-istorja eċċitanti hija bbażata fuq l-iskandlu veru ta’ qtil u serq ta’ bosta biljuni ta’ dollari. Ambjentat f’postijiet bħal Cannes u Hollywood u skur u misterjuż daqs l-għerien f’Pagsanjan fil-Filippini, Fall Out qed jiġi ċċelebrat bħala thriller ta’ barra minn hawn li ma jħallikx titilqu minn idek. Mark diġà qed jaħdem fuq sequel ta’ Fall Out, li parti minnu se jkun ambjentat f’Malta.
Matul l-intervista mmexxija minn Jo Caruana, Mark jiżvela l-ispirazzjoni għall-ktieb u l-qafas tal-istorja. Huwa jżewwaq ukoll l-intervista bi stejjer ta’ Hollywood, xi ismijiet famużi u ġrajjiet skandalużi – wieħed minn ta’ ġewwa li jikxef il-velu minn fuq Tinseltown.