Ingħaqad mal-aġent letterarju u l-president ta’ Curtis Brown, Jonathan Lloyd, għal dis-sessjoni eċċezzjonali ta’ MuT immoderata minn Kat Storace (Praspar Press). Ikseb għarfien imprezzabbli dwar il-pubblikazzjoni, mit-tfittxija għal aġent letterarju addattat għalik u kif taqta’ figura tajba miegħu. Dan l-avveniment hu miftuħ għall-kittieba Maltin li jiktbu bl-Ingliż. Irreġistra biex tilħaq post u ibgħat il-mistoqsijiet tiegħek minn qabel biex id-diskussjoni tkun waħda personalizzata.

Irreġistra hawn: https://forms.gle/gMdiScHhoMSdCA1a9

Jonathan Lloyd huwa l-President ta’ Curtis Brown. Ingħaqad ma’ din l-aġenzija fl-1994 minn ma’ Harper Collins fejn serva bħala Direttur Maniġerjali tal-Pubblikazzjoni Kummerċjali għall-Adulti. Bħala aġent letterarju, jirrappreżenta awturi bestsellers ta’ finzjoni u firxa wiesgħa ta’ klijenti ta’ kitba mhux fittizja, fosthom bijografi politiċi magħrufa u ċelebritajiet. Jonathan kien President tal-AAA (l-Assoċjazzjoni tal-Aġenti tal-Awturi) mill-199 sal-2002, u kien ivvutat bħala l-Aġent tas-Sena fil-British Book Industry Awards fl-2009. PS… xi 100 sena ilu jew ftit inqas, jiena, bħala Manager tal-Bejgħ fl-Ewropa, kelli l-pjaċir kbir inżur Malta tliet darbiet fuq xogħol. Iltqajt ma’ Francis Miller minn WHSmith, Ronnie Agius tat-Times u Simon Bonello. Ħassejtni adult f’kamarti fil-Phoenicia u meta żort kittieba lokali bħal Nicolas Monsarrat! Tal-ġenn li se nerġa’ nżur Malta!

Kat Storace hija editur, pubblikatur u traduttur letterarju minn Malta. Kofundatriċi ta’ Praspar Press, pubblikatur żgħir fir-Renju Unit li jiffoka fuq kitba Maltija bl-Ingliż jew tradotta għall-Ingliż. L-ewwel traduzzjoni sħiħa tagħha kienet what will it take for me to leave ta’ Loranne Vella (Praspar Press, 2021), li għamlitha mal-finalisti fit-TA First Translation Prize tas-Soċjetà tal-Awturi. It-traduzzjonijiet tagħha dehru fil-Modern Poetry in Translation u l-White Review. Rebħet il-premju ta’ PEN Translates għat-traduzzjoni ta’ Rokit ta’ Loranne Vella, li se tkun ippubblikata fl-2025.