Il-mistiedna speċjali tal-istand tal-GMC/Dipartiment tal-Ġermaniż fil-UM, l-awtriċi kontemporanja Awstrijaka Anna-Elisabeth Mayer, se taqra siltiet mill-aħħar rumanz tagħha Kreidezeit (2023).

F’dan ir-rumanz, l-awtriċi tittratta b’mod ironiku r-relazzjoni bejn il-bniedem u l-magni u tirrifletti b’mod kritiku fuq id-diġitalizzazzjoni tal-edukazzjoni u l-intelliġenza artifiċjali.

Wara l-qari, l-udjenza se tkun tista’ tiltaqa’ mal-awtriċi li se tkun qed tiffirma dan il-ktieb. Din l-attività hija mwieżna mill-Ambaxxata Awstrijaka f’Malta.