Dan ir-rumanz ta’ xeħta awtobijografika jiddeskrivi l-atmosfera politika u jirrakkonta dwar il-bumbardamenti fuq il-Gżejjer Maltin waqt it-Tieni Gwerra Dinjija. Dax-xogħol letterarju għandu ċertu wisa’ fil-ħsieb Stendhaljan fil-mod ta’ kif ir-realtà tidher qisha pinzellati kbar; jiddelinea bi preċiżjoni u b’intensità ruħ il-personaġġi mifluġa mill-gwerra u l-logħob tal-poteri taż-żmien. Barra minn hekk, japprofondixxi fuq temi ta’ impenn politiku: il-Faxxiżmu, in-Nażizmu, il-mibegħda lejn il-Lhud, il-kolonjaliżmu Ingliż, u l-ħolma tal-indipendenza. Iżda l-politika u l-gwerra huma biss sfond, u l-qarrej jesperjenzahom minn dak li jara u jħoss Lorenz, il-protagonista tar-rumanz. Waqt din it-taħdita jitkellmu il-pubblikatur Salvo Bonfirraro, Dr Marco Galea, u Damian Ebejer.