L-awtur tal-kotba tar-riċetti Paul Fenech se jkun qiegħed jippreżenta l-ktieb ġdid tiegħu Sweet Maltese Moments. Il-preżentazzjoni se tkun segwita b’sessjoni ta’ ffirmar fejn l-awtur se jkun qiegħed jiltaqa’ mal-udjenza.
Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Ibbukkja post għal dan l-avveniment billi tibgħat email fuq admin@midseabooks.com
Id-dħul għal dan l-avveniment ikun permissibbli biss jekk tippreżenta ċertifikat validu tat-tilqim.
Żjarat fiż-żona tal-ħwienet tal-kotba ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.