Il-KNK jippreżenta b’sodisfazzjon kbir wieħed mill-aktar fanali letterarji tal-mument: il-kittieb Irlandiż Paul Lynch. Lynch se jkun qed jitkellem ma’ Emma Mattei dwar it-temi ewlenin tiegħu u l-preokkupazzjonijiet li ġegħluh jikteb il-ħames rumanzi tiegħu – li wieħed minnhom, Prophet Song, rebaħ il-Premju Booker fl-2023. Titlifx daċ-ċans ta’ darba li tiltaqa’ ma’ vuċi letterarja rispettata immens.
Paul Lynch huwa l-awtur ta’ ħames rumanzi. L-iktar rumanz riċenti tiegħu, Prophet Song, rebaħ il-Premju Booker 2023. Preċedentament huwa rebaħ il-Kerry Group Rumanz Irlandiż tas-Sena u l-Premju Prix Libr’à Nous ta’ Franza għall-Aqwa Rumanz Barrani, fost premji oħra. Huwa kien finalist ta’ ħafna premjijiet internazzjonali, li jinkludu l-Premju Walter Scott (Renju Unit), il-Premju Ewropew Strega (Italja), il-Prix du Meilleur Livre Étranger (Franza) u l-Premju Jean Monnet għal Letteratura Ewropeja. Fl-2024 inħatar Distinguished Writing Fellow mill-Università ta’ Maynooth u ġie elett fl-Aosdána, l-akkademja Irlandiża għall-arti li tonora awturi distinti. Il-kotba tiegħu ġew tradotti f’iktar minn 30 lingwa.
Emma Mattei hija ġurnalista independenti fil-qasam tal-arti u l-kultura, programmatriċi tal-films u kuratriċi. Hija l-kofundatriċi tal-Kinemastik NGO (2004, Malta), u d-Direttur tal-Programm tal-Kinemastik International Short Film Festival. Hija waqqfet Uncommon Guide Books fl-2011, u ppubblikat edizzjonijiet f’Malta, Stokkolma, Londra, Dubai u l-Kajr. Fl-2024, hija ffurmat parti mit-tim ta’ kuraturi tal-biennale inawgurali tal-arti kontemporanja f’Malta. Emma taħdem ukoll bħala Ekonomista tad-Dar u Stilista tal-Ikel għall-pubblikazzjonijiet, televixin u l-films.