Il-kittieba kontemporanja Awstrijaka Marie Gamillscheg, mistiedna speċjali tal-istand tal-kotba bil-Ġermaniż, se taqra mill-aħħar rumanz tagħha Aufruhr der Meerestiere (2022), li huwa nominat għall-Premju tal-Ktieb Ġermaniż. Ir-rumanz, li fih ħafna saffi, idur prinċiparjament mal-bijoloġista tal-baħar, Luise, u jittratta temi tipiċi li jirrigwardjaw il-familja, ix-xogħol u r-relazzjonijiet kumplessi bejn il-ġisem u l-persuna, il-mara u r-raġel, l-umani u l-annimali. Il-qari mill-kittieba se jkun segwit bi ffirmar tal-kotba u opportunità għall-udjenza biex tiltaqa’ mal-kittieba. Dan l-avveniment huwa ġentilment sponsorjat mill-Ambaxxata Awstrijaka f’Malta.