L-awtriċi Irlandiża bestseller Nicola Kearns se taqra siltiet mit-tliet rumanzi tagħha – Under a Maltese Sky, The Azure u All the the Seas Between. Se titkellem kif waqt btala tħabbet ma’ Malta u dan ispira l-isfond tar-rumanzi tagħha. Waqt l-attività se jkun hemm għall-wiri manuskritti oriġinali tan-noti li tieħu waqt il-ħafna vjaġġi ta’ riċerka tagħha. Nicola se tirrakkonta inċidenti komiċi li għaddiet minnhom, flimkien ma’ nies li ltaqgħet magħhom waqt li kienet Malta. Waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, Kearns se jkollha kopji tar-rumanzi tagħha għall-bejgħ li jistgħu jiġu ffirmati personalment mill-awtriċi.