Iċċelebraw magħna t-tnedija tal-aktar traduzzjoni reċenti maħruġa mid-dar tal-pubblikazzjoni Faraxa. Din hi t-traduzzjoni bil-Malti ta’ John A. Bonello tar-rumanz fantaxjentifiku Il-Problema tat-Tliet Korpi (The Three Body Problem) tal-kittieb Ċiniż Liu Cixin, li se jeħodkom fi spazju u żminijiet oħra, intom u tikxfu l-misteri moħbija fihom.