F’intervista ma’ Cristina Aquilina (ELSA), Tonio Borg jippreżenta din il-ġabra ta’ diversi sentenzi tal-Qrati Maltin matul dawn l-aħħar mitt sena dwar id-Dritt Amminstrattiv meta ċ-ċittadin jista’ jfittex lill-Gvern għal xi azzjoni li tagħmillu ħsara. L-intervista se tkun qed issirlu minn Cristina Aquilina, Segretarja Ġenerali ta’ ELSA fit-tielet sena tal-istudji tagħha fil-Liġi.
Minkejja li l-Qrati Maltin ħadu ż-żmien biex ikunu awdaċi biżżejjed li jiċċalinġjaw ir-raġunar wara l-azzjoni eżekuttiva, iż-żieda fil-każijiet uriet li hemm id-determinazzjoni mill-Qorti biex jitwaqqfu l-illegalitajiet u l-atti sproporzjonati jew mingħajr bażi ta’ raġuni mis-settur pubbliku. Dil-kollezzjoni tinkludi ġudizzji awdaċi, ngħidu aħna d-dikjarazzjoni għad-deportazzjoni ta’ persuni Brittaniċi mwielda Malta waqt fit-Tieni Gwerra Dinjija għax tqiesu illegali u ultra vires, kif ukoll id-deċiżjoni f’waqqitha tal-każ tal-Blue Sisters, meta kundizzjoni li ma kellhiex sisien ta’ raġuni, u li kienet tapplika għal sptar Kattoliku, ġiet iddikjarata nulla.
Hemm diversi materji oħra f’dal-ktieb li mħallfin, avukati, skulari, u studenti għandhom isibu fejda fihom sabiex jifhmu aħjar il-liġi amministrattiva hi u taħdem. Ix-xogħol jista’ jitqies ukoll manwal dwar il-ġurisprudenza Maltija fuq das-suġġett.
Kite Group qed joffru skont ta’ 25% fuq il-kotba kollha waqt Campus Book Festival mixtrija minn fuq www.kitegroup.com.mt – Voucher code: BOOKS25