Il-KNK se jħabbar kollaborazzjoni ġdida mal-Commonwealth Foundation, li permezz tagħha l-kittieba Maltin se jkollhom l-opportunità li jieħdu sehem fil-kompetizzjoni Commonwealth Short Story Prize b’novelli kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Bħala ċelebrazzjoni ta’ din il-kollaborazzjoni, se jkollna magħna lil Constantia Soteriou, kittieba Ċiprijotta li n-novella tagħha ‘Death Customs’ rebħet l-edizzjoni tal-2019.
Constantia Soteriou twieldet f’Nikosija fl-1975 u l-ewwel rumanz tagħha Aishe Goes on Vacation (Patakis, 2015) rebaħ il-Premju ta’ Ateni għal-Letteratura. It-tieni rumanz tagħha Voices Made of Soil (Patakis, 2017) ġie inkluż fil-lista finali tal-Premju Nazzjonali Letterarju ta’ Ċipru. Bitter Country (Patakis, 2020) rebaħ il-Premju Nazzjonali Letterarju ta’ Ċipru u kien finalist tal-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura. Soteriu hija wkoll drammaturga. Soteriou se tiġi intervistata minn Elena Cardona.