Home / Programme / Tnedija tal-ktieb ta’ Alfred Sant ‘Confessions of a European Maltese – The Middle Years’ – SKS Tnedija tal-ktieb ta’ Alfred Sant ‘Confessions of a European Maltese – The Middle Years’ – SKS 25th March, 2021 6:00 PM - 7:00 PM [embedyt] https://www.youtube.com/watch?v=xrIaktUCjUU[/embedyt] Alfred Sant se jiddiskuti ma’ Kurt Sansone l-awtobijografija tiegħu Confessions of a European Maltese – The Middle Years, li se tiġi ppubblikata waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus. Sant jiddeskrivi l-iżviluppi ekonomiċi u industrijali f’Malta bejn l-1975 u l-1992, l-esperjenzi tiegħu fl-Istati Uniti fejn studja n-negozju, is-sehem tiegħu fil-letteratura u d-drama, l-Università, il-ġurnaliżmu f’Malta, u l-Partit Laburista li fih serva bħala President u Membru Parlamentari. Akkwista ż-żewġ volumi bi prezz irħas. SKS Publishers qed joffru l-ewwel volum fis-sensiela, Confessions of a European Maltese (2003) bi skont speċjali. Dr Alfred Sant kiteb għadd ta’ xogħlijiet ewlenin li jvarjaw minn rumanzi sa novelli, drammi u kitbiet awtobijografiċi. Rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ħames darbiet f’kategoriji differenti u rebaħ il-Premju tal-KNK għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba fl-2019. Bejn l-1996 u l-1998 kien il-Prim Ministru ta’ Malta, u fl-2014 u l-2019 kien elett Membru tal-Parlament Ewropew. L-ewwel rumanz tiegħu, L-Ewwel Weraq tal-Bajtar (1968) Sant kitbu meta kellu 19-il sena, u jitqies bħala punt ta’ tluq għar-rumanz kontemporanju fil-letteratura Maltija. Rumanzi importanti oħra huma Silġ fuq Kemmuna (1982), issettjat fis-sebgħinijiet, u La Bidu, La Tmiem – 1599 (2001). Kurt Sansone hu l-editur tas-sit maltatoday.com.mt. Ilu jaħdem fil-kamp ġurnalistiku għal kważi 25 sena. Beda fil-ġurnaliżmu b’mod volontarju mal-gazzetta Alternattiva, kien involut fit-twaqqif tal-ewwel portal Malti fuq l-internet di-ve.com, ħadem fit-tim ta’ produzzjoni ta’ Xarabank, kien l-ewwel editur tal-gazzetta Illum, ħadem mat-Times of Malta u fl-aħħar tliet snin reġa’ lura għall-għeruq tiegħu mal-MaltaToday. Miżżewweġ u missier ta’ żewġt itfal. SHARE POST Similar Posts Kif jinkitbu l-artikli tal-Wikipedija? – Wikimedia Community Malta (WCM) u KNK – L-Atelier 🇲🇹/🇬🇧 9th November, 2025 4:00 PM - 4:00 PM Read More Il-President Myriam Spiteri Debono tiffirma Tisjir mill-Qalb – Agenda Bookshop – L-Istand 43 🇲🇹 9th November, 2025 3:00 PM Read More Tberfil and the Art of Maltese Vehicular Decoration in the 20th Century: Book launch and discussion – Steven Scicluna – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧 9th November, 2025 12:00 PM - 1:00 PM Read More Kif jinkitbu l-artikli tal-Wikipedija? – Wikimedia Community Malta (WCM) u KNK – L-Atelier 🇲🇹/🇬🇧 8th November, 2025 7:00 PM - 8:00 PM Read More Lejla ma’ Jeff VanderMeer: Intervista u ffirmar ta’ kotba – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧 8th November, 2025 7:00 PM - 8:00 PM Read More Iċ-Ċerimonja tal-Għoti tal-Premjijiet Wiki Loves 2025 – Wikimedia Community Malta (WCM) – Is-Sala tal-Kittieba 🇲🇹/🇬🇧 8th November, 2025 5:30 PM - 6:30 AM Read More Antoloġija 2: Tnedija ta’ ktieb – Aphroconfuso – Is-Sala tal-Kittieba 🇲🇹 8th November, 2025 4:00 PM - 5:00 PM Read More Bejn il-Qoxra: Il-Malta University Press u l-awturi tagħha – Malta University Press (MUP) – Is-Sala tal-Qarrejja 🇬🇧/🇲🇹 8th November, 2025 4:00 PM - 5:00 PM Read More THINK Soapbox: L-Università ta’ Malta – THINK Magazine – Is-Sala tal-Qarrejja 🇬🇧 8th November, 2025 2:00 PM - 3:30 PM Read More