JEDDIJIET TAS-SELF PUBBLIKU (PLR) – REMUNERAZZJONI GĦAL SELF TA’ KOTBA MIL-LIBRERIJI PUBBLIĊI F’MALTA U GĦAWDEX U MIL-LIBRERIJA TAL-UNIVERSITÀ TA’ MALTA
Fl-2014 il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb introduċa skema ta’ ħlas li minnha jibbenefikaw awturi li l-kotba tagħhom jissellfu mil-libreriji pubbliċi ta’ Malta u Għawdex. Fl-2021 din l-iskema ġiet estiża biex issa tinkludi wkoll awturi li l-kotba tagħhom jissellfu mil-Librerija tal-Università ta’ Malta. Dawn l-iskemi jgħoddu wkoll għal:
i) koawturi ta’ pubblikazzjoni.*
ii) illustraturi u fotografi responsabbli għal 50% jew aktar tal-kontenut tal-pubblikazzjoni – ġeneralment f’każi ta’ kotba għat-tfal fejn l-illustrazzjonijiet għandhom irwol essenzjali daqs il-kitba.*
iii) edituri responsabbli li jdommu diversi kontribuzzjonijiet minn awturi differenti f’pubblikazzjoni waħda. **
* F’każ fejn ktieb għandu żewġ awturi jew aktar – kemm jekk huma ko-awturi, illustraturi jew fotografi – il-pagament jinqasam ugwalment bejniethom kollha.
** F’każ fejn l-editur huwa responsabbli li jgħaqqad diversi kontribuzzjonijiet minn awturi differenti f’pubblikazzjoni waħda, il-pagament jingħata lill-editur.
Importanti li kull pubblikazzjoni li titniżżel fl-applikazzjoni:
i) tkun irreġistrata b’ISBN maħruġ mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
ii) tkun konformi mal-liġi tad-depożitu legali li tirrikjedi li żewġ kopji ta’ kull pubblikazzjoni għandhom ikunu diġà ddepożitati l-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Malta.
Kif tapplika
Awtur/traduttur/editur jew koawtur/fotografu/illustratur jista’ japplika sabiex jidħol f’waħda jew fiż-żewg skemi (Malta Libraries u l-Librerija tal-Università ta’ Malta) billi jibgħat il-formola tal-applikazzjoni mimlija u ffirmata flimkien ma’ biblijografija dettaljata li tinkludi i. It-titlu tal-Pubblikazzjoni, ii. Isem u Kunjom (kif mitbugħ), iii. L-Irwol fil-Pubblikazzjoni, u iv. l-ISBN fuq l-indirizz t’hawn taħt lis-Segretarju tal-KNK:
Indirizz:
Lis-Segretarju tal-KNK,
Kumpless Bice Mizzi Vassallo
Triq Arnhem
Pembroke PBK1776
Is-somma totali ta’pagamenti maħruġa kull sena għall-PLR mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb hija ta’ €60,000, u dan l-ammont inħareġ fl-2023 kull kwart tas-sena lil awturi, koawturi, illustraturi, fotografi u edituri skont is-self mil-libreriji pubbliċi ta’ Malta u Għawdex. Il-fondi allokati jiġu kkalkulati skont statistika stabbilita, u l-ħlasijiet jintbagħtu bi transfer bankarju f’kont ipprovdut mill-applikant meta jirreġistra.
L-ewwel pagamenti għal self mill-Università ta’ Malta joħorġu ladarba l-KNK jirċievi lista komprensiva ta’ awturi/illustraturi/fotografi ta’ kotba li jissellfu mil-Librerija tal-Università ta’ Malta.
Ikkuntattjana
Biex tavża lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’xi bdil fl-applikazzjonijiet diġa sottomessi, huwa neċessarju li l-applikant jimla l-formola mill-ġdid u jibgħatha ffirmata u bil-posta fuq l-indirizz provdut aktar ‘il fuq. L-applikant jirċievi konferma u rċevuta għall-applikazzjoni tiegħu b’email.
Għal aktar informazzjoni tista’ tkellimna wkoll bit-telefown fuq +356 27131574.
Dokumenti
Jeddijiet tas-Self Pubbliku – FORMOLA TA’ APPLIKAZZJONI
Dawk l-awturi, tradutturi, edituri, illustraturi, u fotografi li diġà qegħdin fl-iskema tal-PLR tal-Malta Libraries u jixtiequ jkunu inklużi wkoll fil-PLR tal-Librerija tal-Università ta’ Malta m’għandhomx għalfejn jimlew l-applikazzjoni mill-ġdid, iżda għandhom jinfurmaw lil Michael Mercieca (michael.mercieca@gov.mt) permezz ta’ email.
- Ħareġ it-23 pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku
- The 22nd PLR payment is out
- Ħareġ it-22 pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku
- The 21st PLR payment is out
- Ħareġ il-21 pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku
- The 20th PLR payment is out
- Ħareġ l-20 pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku
- Il-KNK jippreżenta l-Abbozz tad-Drittijiet Ekonomiċi tal-Kittieba
- The NBC presents the Draft Writers’ Bill of Economic Rights
- Ħareġ id-19-il pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku
- The 19th PLR payment is out
- Ħareġ it-18-il pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku
- The 18th PLR payment is out
- Ħareġ is-17-il Pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku
- The 17th PLR payment is out
- Ħareġ is-16-il Pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku
- The 16th PLR payment is out
- Ħareġ il-15-il Pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku
- Ħareġ l-14-il Pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku
- Ħareġ it-13-il Pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku
- Ħareġ it-12-il Pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku
- Ħareġ il-11-il Pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku
- Ħareġ l-10 Pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku
- ĦAREĠ ID-9 PAGAMENT TAL-PLR
- Ħareġ it-tmien pagament tal-PLR
- Ħareġ is-7 pagament tal-PLR
- Stqarrija għall-Istampa: Ħarsien tal-jeddijiet tal-kotba fl-iskejjel
- Ħareġ is-sitt pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku
- Rapport Annwali 2015
- Pagamenti tal-PLR għal Ottubru-Diċembru 2015
- Il-KNK joħroġ l-pagamenti tal-PLR Lulju-Settembru 2015
- Pagamenti tal-PLR għat-tieni kwart tal-2015
- It-Tieni Pagament tal-PLR
- Rapport Annwali 2014
- Tnedija tal-Iskema tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku
- Is-Sistema tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku introdotta f'Malta u Għawdex
- Konsultazzjoni Pubblika dwar il-PLR 2014