ISBN open data

Fl-ispirtu tal-istaġun tal-festi, Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jesprimi xewqat sbieħ lill-pubbliku billi joffri l-ISBN database bħala open data. Riċerkaturi issa jistgħu jidħlu fid-database mis-sit tal-Kunsill sabiex joħolqu u jniżżlu rapporti f’format Excel, ħaġa ta’ użu siewi ħafna fir-riċerka ta’ u l-ġbir tal-informazzjoni. Id-database ingħatat format sempliċi sabiex tiffaċilita l-użu tagħha...

Kompli qari

Malta fil-Festival New Literature from Europe NY

Bejn is-7 u l-10 ta’ Diċembru, l-Kunsill tal-Arti għall-Malta ġewwa New York flimkien mal- Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb preżentaw l-poeta u kittieb Malti kontemporanju Immanuel Mifsud – rebbieħ tal-European Union Prize for Literature (2011) u l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Proża (2002, 2015) u għall-Poeżija (2015) – tul il-Festival New Literature from Europe...

Kompli qari

Rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2016

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2016: Kotba 2015. Is-serata ta’ premjazzjoni seħħet nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Diċembru 2016 f’ċerimonja uffiċċjali fil-Berġa ta’ Kastilja. Parteċipanti flimkien ma’ mistiedna speċjali oħra kienu preżenti għas-serata u d-diskorsi uffiċċjali l-Onor. Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo u tal-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill...

Kompli qari

REBBIEĦA TAL-KONKORS TAL-POEŻIJA ‘MONS’ AMANTE BUONTEMPO’ 2016

IR-REBBIEĦA TAL-KONKORS TAL-POEŻIJA ‘MONS’ AMANTE BUONTEMPO’ 2016 kif imħabbra nhar il-11 ta’ Novembru 2016, fis-Sala Temi Zammit, Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran, Valletta waqt il-Festival Nazzjonali tal–Ktieb 2016 huma:- L-EWWEL PREMJU – Louis Briffa bil-poeżija ‘Falco Peregrinus’ IT-TIENI PREMJU – Paul P. Borg bil-poeżija ‘…bini Ażil…’ IT-TIELET PREMJU – Louis Briffa...

Kompli qari

Ħareġ it-tmien pagament tal-PLR

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li qed iqassam it-tmien pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku (Public Lending Rights) lil dawk l-awturi, illustraturi jew fotografi li l-kotba tagħhom ġew mislufa mil-Libreriji Pubbliċi f’Malta u Għawdex matul il-perjodu 1 ta’ Lulju, 2016 u t-30 ta’ Settembru, 2016.  Il-lista ta’ dawn il-persuni bis-self relatat mal-kotba...

Kompli qari

Jiġi fi tmiemu l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016!

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jirringrazzja l-membri tal-pubbliku li żaru l-festival u ħadu sehem fil-ħafna attivitajiet u wirjiet li ġew imtella’ għalihom. M’hemmx pjaċir ikbar għalina milli dak li naraw li l-enerġija u x-xogħol li tfajna fil-festival sabiex ikun kemm jista’ jkun esperjenza edukattiva, divertenti u memorabbli isarraf f’numru ikbar ta’...

Kompli qari

Rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2016

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir kbir iħabbar ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2016 – premju nazzjonali għall-kotba miktuba għat-tfal u adolexxenti tul is-sena 2015. Ir-rebbieħa ġew imħabbra nhar it-Tlieta 8 ta’ Novembru, 2016 waqt il-ftuħ uffiċċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (9-13 NOV) ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta fil-preżenza tal-parteċipanti kollha tal-premju, esibituri...

Kompli qari

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 jiftaħ għada!

Dan il-għodu fid-9 il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Impjieg, l-Onorevoli Evarist Bartolo u l-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri ħabbru l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 fil-Mediterranean Conference Centre (MCC), il-Belt Valletta. Il-festival ser ikun miftuħ għall-pubbliku mid-9 sat-13 ta’ Novembru filgħodu u filgħaxija. Matul il-ġranet tal-ġimgħa filgħodu il-festival ser ikun iddedikat għal...

Kompli qari

Basma Abel Aziz fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016

Mistiedna mportanti ħafna tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena hi bla dubbju Basma Abd El Aziz, il-kittieba ta’ The Queue, rumanz li ntlaqa’ b’tifħir kbir mill-kritiċi.  Basma tgħix fil-Kajr, fejn twieldet fl-1976 u għandha Master’s degree f’Newropsikjatrija mill-università ta’ Ein Shams. Hija membru taċ-Ċentru El Nadeem għar-Riabilitazzjoni ta’ Vittmi ta’...

Kompli qari

Promo tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir jippreżenta l-filmat promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016. (Malta Book Festival 2016) Id-dati tal-edizzjoni tal-Festival ta’ din is-sena huma mid-9 sat-13 ta’ Novembru ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, Belt Valletta u kopja tal-programm uffiċċjali tal-attivitajiet tul il-ħamest ijiem jista’ jitniżżel minn din il-ħolqa: http://ktieb.org.mt/?p=2662. L-attivitajiet huma miftuħin għall-pubbliku...

Kompli qari

Ċelebrazzjoni ta’ Cervantes waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma lill-pubbliku b’preżentazzjoni li ser tittella’ bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tal-Ispanjol (Università ta’ Malta) u l-Ambaxxata ta’ Spanja f’Malta flimkien mal-istess Kunsill u SKS, bit-titlu ‘Cervantes and Don Quixote in Literature and Culture’. Il-preżentazzjoni, li hija waħda mill-attivitajiet ewlenin tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, hija maħsuba sabiex tfakkar l-400 anniversarju...

Kompli qari

Alek Popov fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għandu pjaċir jippreżenta lill-kittieb Bulgaru Alek Popov, wieħed mill-mistiedna speċjali għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’  din is-sena. Ser jieħu sehem f’żewġ attivitajiet – huwa wieħed mill-kelliema fil-konferenza Literature and Totalitarianism u ser ikollu avveniment f’ġieħu fejn ser jitkellem mal-ġurnalist u kittieb Teodor Reljic fuq il-ħsibijiet u t-temi li...

Kompli qari

Programm tal-Avvenimenti għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016

Hekk kif il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb qed joqrob viċin, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iniedi l-programm għall-Festival kemm biex jgħarraf lill-pubbliku bl-avvenimenti li tħejjew għalih kif ukoll sabiex ikun ta’ gwida għal kull min iżur il-festival. Niżżel kopja minn din il-ħolqa: mbf-2016-programme-mt Wieħed mill-avvenimenti ewlenin tal-festival f’din is-sena huwa ddedikat lill-poetessa Maria Grech...

Kompli qari

Patrick McGuinness fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016

L-akkademiku u kittieb Brittanniku Patrick McGuinness ser ikun fost il-mistiedna speċjali għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena. Huwa twieled fit-Tuneżija fl-1968 lil omm Belġjana ta’ ilsien Franċiż u missier ta’ dixxendenza Irlandiża. Kiber fil-Belġju u għex għal xi żmien fil-Venezwela, l-Iran, ir-Rumanija u l-Ingilterra. Kien iż-żmien li qatta fir-Rumanija fejn...

Kompli qari

Maria Grech Ganado fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016

Fl-2015 il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iddeċieda jiddedika avveniment lir-rebbieħ tal-Lifetime Achievement Award tas-sena ta’ qabel. Ir-rebbieħ tal-premju tal-2014 kien il-mibki Professur Godfrey Wettinger, magħruf l-iktar għall-iskoperta u l-ewwel traduzzjoni (flimkien ma’ Michael Fsadni) tal-ikbar teżor letterarju tal-pajjiż: Il-Kantilena ta’ Pietru Caxaro, u anke għal kontra-argument li bih ċaħad it-teorija tal-kontinwita tal-Kristjaneżmu...

Kompli qari

Adattament Ċinematografiku fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma lill-pubbliku li tħejja avveniment speċjali f’Temi Zammit Hall, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, l-Belt Valletta, is-Sibt 12 ta’ Novembru fit-tmienja ta’ filgħaxija dedikat għall-adattament ċinematografiku ta’ xogħol letterarju.  Ser jintwera l-film rebbieħ tal-NBC PBS Film Contest ta’ din is-sena, magħmul minn Ryan Gatt u msejjes fuq novella...

Kompli qari

Żjarat tal-Istudenti fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar lill-Iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex li l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 ser isir f’Novembru li ġej mill-Erbgħa, 9 sal-Ħadd 13 fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi (MCC), il-Belt Valletta. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-aktar avveniment prestiġġjuż u importanti li għandu x’jaqsam mal-kotba fil-kalendarju edukattiv u kulturali Malti.  Matul...

Kompli qari

Il-KNK jippreżenta Konferenza dwar il-Letteratura u Totalitarjaniżmu waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jiftaħ bil-konferenza tant mistennija dwar il-Letteratura u t-Totalitarjaniżmu. Għadd ta’ mistiedna speċjali, fosthom Basma Abdel Aziz, Patrick McGuinness, Alek Popov u Immanuel Mifsud, ser jieħdu sehem f’taħditiet ma’ Jurgen Balzan (ġurnalist) fuq it-tema ta’ kif il-letteratura tipikament tirrispondi għall-impatt politiku ta’ sistemi ta’ gvern li jfittxu li...

Kompli qari

MBF2016 // Books and Literacy: Yesterday, Today and Tomorrow

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma l-pubbliku li, b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Bibljotekonomija, l-Arkivistika u x-Xjenzi ta’ l-Għarfien fl-Università ta’ Malta u l-Għaqda Bibljotekarji (MaLIA), ser titħejja konferenza ta’ ġurnata bit-tema ta’ kotba u litteriżmu fil-passat, il-preżent u l-futur (Books and Literacy:  Yesterday, Today and Tomorrow) bħala parti mill-attivitajiet imħejja għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb...

Kompli qari

FINALISTI TAL-PREMJU NAZZJONALI TAL-KTIEB 2016 u PREMJU TERRAMAXKA 2016

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li l-bord tal-aġġudikazzjoni għażel il-finalisti għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2016 u bħas-soltu jixtieq jinforma l-pubbliku bit-titli li ntgħażlu. Dawn it-titli jistgħu jitqiesu ta’ kwalità għolja u membri tal-pubbliku jistgħu jixtruhom minn kwalunkwe ħanut tal-kotba kif ukoll mill-Festival Nazzjonali li ġej (9-13 Novembru, MCC...

Kompli qari

Ħareġ is-7 pagament tal-PLR

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li qed iqassam is-seba’ pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku (Public Lending Rights) lil dawk l-awturi, illustraturi jew fotografi li l-kotba tagħhom ġew mislufa mil-Libreriji Pubbliċi f’Malta u Għawdex matul il-perjodu 1 ta’ April, 2016 u t-30 ta’ Ġunju, 2016.  Il-lista ta’ dawn il-persuni bis-self relatat mal-kotba...

Kompli qari

Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 – Dati, Attivitajiet u Lokazzjoni

  Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li bħalissa għaddejin il-preparazzjonijiet għall-Festival tal-Ktieb 2016 u jixtieq jinforma lill-pubbliku ġenerali dwar il-post, il-ġranet u l-ħinijiet ta’ ftuħ, u anke dwar l-attivitajiet li tħejjew għalihom f’dan il-Festival. L-avveniment ser iseħħ mid-9 sat-13 ta’ Novembru fiċ-Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta u ser ikun...

Kompli qari

Sejħa għall-Esebituri – MBF2016

  Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 9-13 NOV – MCC Sejħa għall-Esebituri Din hija sejħa għall-esebituri interessati li jorganizzaw esebizzjoni dwar is-sengħa ta’ kif jinħadem il-ktieb tul il-ġranet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2016. L-esebizzjoni għandha tkun f’postha sa mit-8 ta’ Novembru (l-ġurnata tal-ftuħ uffiċjali tal-Festival) u ser tkun armata fil-Perellos Suite (il-Kappella) ta’ Dar...

Kompli qari

KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA Mons. Amante Buontempo – 2016

  L-Għaqda Poeti Maltin flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qiegħda tniedi l-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija ‘Mons. Amante Buontempo’ għal din is-sena 2016   Il-kompetituri huma mitluba jibagħtu sa tliet poeżiji, kull waħda mhux itwal minn tletin vers, bil-Malti. Il-poeżiji għandhom ikunu ttajpjati fuq karta daqs A4, u għandhom jintbagħtu tliet kopji ta’...

Kompli qari

Parteċipanti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Premju Terramaxka 2016

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar il-lista ta’ parteċipanti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka għall-2016. Il-KNK jixtieq ukoll jgħarraf illi l-kotba li l-lista tagħhom qed tidher hawn taħt ġew eżaminati minn Bord ta’ Ġurija u mpoġġija fil-kategoriji kif jidher għaż-żewġ konkorsi  li l-listi tagħhom qed jidhru separati.   Wara li ssir...

Kompli qari

Rebbieħ tal-Konkors għall-Films Qosra tal-KNK u PBS 2016

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li r-rebbieħ tal-Konkors għall-Films Qosra tal-KNK u PBS għall-2016 huwa Ryan Gatt bil-proposta għall-addattament tal-istorja qasira ‘Il-Kompliċi’ ta’ Walid Nabhan mill-kollezzjoni ta’ stejjer qosra ‘lura d-dar u ġrajjiet oħra li ma ġrawx’ (Klabb Kotba Maltin, 2009). Dan il-konkors huwa miftuħ għal timijiet li jagħmlu films...

Kompli qari

Id-Database tal-ISBN ta’ Malta

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li għadha kemm tlestiet databse bil-kotba lokali kollha li għandhom ISBN. Din id-database hija aċċessibbli mingħajr ħlas mis-sit tal-KNK. L-ISBN (International Standard Book Number) huwa numru uniku allokat għal kull ktieb ta’ kull forma. Il-KNK huwa l-aġent uffiċjali tal-ISBN f’Malta u dan ifisser li l-KNK...

Kompli qari

Beyond a Satin Sea u Tangerine Sky

Nhar is-Sibt 7 ta’ Mejju, il-Kunsill Nazzjoanli tal-Ktieb organizza riċeviment żgħir biex jirringrazzja lil kull min kien involut fil-proċess biex ġew ippublikati Beyond a Satin Sea u Tangerine Sky – żewġ antoloġiji li jiġbru fihom għażla ta’ poeżija u proża tradotta mir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb tal-kategoriji Poeżija u Proża bejn...

Kompli qari

Stqarrija għall-Istampa: Ħarsien tal-jeddijiet tal-kotba fl-iskejjel

Waqt sensiela ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-pubblikaturi u l-awturi aktar kmieni din is-sena, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) ġie mgħarraf li waħda mill-problemi li qed jesperjenzaw il-pubblikaturi lokali hi l-ksur tal-jeddijiet permezz ta’ photocopying tal-kotba tagħhom fl-iskejjel. Il-KNK jaqbel mal-pubblikaturi li prattikka bħal din m’għandix issir, u mhux biss għax hija...

Kompli qari

Jum Dinji tal-Ktieb 2016

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji tal-Ktieb, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb organizza flimkien mal-Iskola Sekondarja San Mikiel (Santa Venera), żewġ sessjonijiet ta’ laqgħat bejn studenti u l-kittieba Leanne Ellul u Walid Nabhan. Nabhan u Ellul tkellmu fuq il-vjaġġ letterarju tagħhom u ħeġġew l-istudenti biex jaqraw u jħobbu il-kotba.   Il-KNK ikkollabora ukoll...

Kompli qari

Notifika // Ħarġet il-Formola tal-Applikazzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016

Niżżel kopja tal-Formola tal-Applikazzjoni bir-Regolamenti aġġornati għall-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 minn din il-ħolqa: Malta Book Festival 2016_formola tal-applikazzjoni Id-dati tal-Festival għall-2016 huma id-9 sat-13 ta’ Novembru (MCC). Problemi bil-proċess ta’ applikazzjoni jew mistoqsijiet dwar eliġibilta għall-parteċipazzjoni jistgħu jiġu mibgħuta lil Maria Muscat (KNK) fuq [email protected] L-applikazzjonijiet qed jiġu milqugħa fuq listess...

Kompli qari

Ħareġ is-sitt pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li qed iqassam is-sitt pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku (Public Lending Rights) lil dawk l-awturi, illustraturi jew fotografi li l-kotba tagħhom ġew mislufa mil-Libreriji Pubbliċi f’Malta w Għawdex matul il-perjodu 1 ta’ Jannar, 2016 u l-31 ta’ Marzu, 2016.  Il-lista ta’ dawn il-persuni bis-self relattat mal-kotba...

Kompli qari

Il-KNK fil-London Book Fair 2016

Il- Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għadu kemm irritorna mill-London Book Fair 2016 fejn, għat-tieni sena konsekuttiva, ipparteċipa bi stand prominenti mimlija b’selezzjoni vasta ta’ Melitensia li tinkludi kotba rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb flimkien ma’ uħud mill-aktar pubblikazzjonijiet ta’ proża riċenti u kotba ta’ referenza ta’ kwalita minn pubblikaturi Maltin. Għall-2016, il-KNK...

Kompli qari

Jispiċċa l-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2016

Ilbieraħ is-7 ta’ April kienet l-aħħar ġurnata tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2016 – tliet ijiem mimlijin bejgħ ta’ kotba u attivitajiet letterarji organizzati mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti – Universitá kif ukoll mill-pubblikaturi preżenti għall-fiera u għaqdiet oħra Universitarji attivi fuq il-Kampus. Ninsabu sodisfatti ħafna bl-attendenza u nittamaw li...

Kompli qari

Il-KNK fil-CRICKIDS Festival 2016

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien ma’ Malta Libraries u Central Public Library tellaw Librerija ‘Pop-Up’ waqt il-CRICKIDS Festival tul Sibt u Ħadd-il Għid f’Tal-Virtu’, r-Rabat. Il-KNK qassam fuljetti dwar l-importanza tal-qari liż-żgħar u Malta Libraries daħħlu għadd ta’ membri ġodda ta’ kull eta’ fis-sistema tal-Libreriji Pubbliċi b’hekk fil-jiem li ġejjin jibdew jissellfu l-kotba...

Kompli qari

Notifika // Konkors ta’ Kitba: Letteratura għaż-Żgħażagħ 2016

Kull sena, l-Aġenzija Żgħażagħ flimkien mall-KNK jorganizzaw dan il-konkors li jagħżel, jippremja u jippubblika rumanzi bil-Malti miktuba għal qarrejja adoloxxenti. Huwa konkors miftuħ għall-kittieba minn għoxrin sena ‘l fuq u l-manuskritti jridu jindirizzaw adoloxxenti bejn it-13 u 18-il sena. Sottomissjonijiet għal dan il-konkors jesploraw temi relatati mas-sitwazzjonijiet varji li jaffaċċjaw...

Kompli qari

Notifika // Fetaħ il-perjodu ta’ sottomissjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2016 (Kotba 2015)

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq ifakkar lill-awturi u pubblikaturi li l-perjodu ta’ sottomissjonijiet għall-applikazzjonijiet tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2016 u l-Premju Terramaxka 2016 (għal kotba li ġew ippubblikati tul l-2015) fetaħ fl-ewwel ġimgħa ta’ Marzu u jagħlaq fit-8 ta’ April f’12:00. Applikazzjonijiet għandhom jiġu indirizzati: Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2016 Attn. Is-Sur Joseph...

Kompli qari

Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus // 5-6-7 April

L-Għaqda tal-Malti – Università u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jorganizzaw it-tielet edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus fl-Università. Il-Festival se jittella’ bejn il-5 u s-7 ta’ April, mid-9:00 sas-14:00 u mill-16:00 sat-tard. Waqt dan il-Festival se jkun hemm diversi stands ta’ għadd ta’ pubblikaturi u distributuri ewlenin fosthom HORIZONS, FARAXA BOOKS,...

Kompli qari

KNK fis-‘Salon du livre et des cultures du Luxembourg’ 2016

Fil-programm tas-16-il edizzjoni tas-Salon du livre et des cultures du Luxembourg u t-33 edizzjoni tal-Festival des migrations, des cultures et de la citoyenneté, li saru f’LuxExpo, Kirchberg nhar it-12 u t-13 ta’ Marzu, il-ktieb Malti ingħata post speċjali. B’inizjattiva tal-kittieb u organizzatur kulturali Antoine Cassar, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb kellu stand...

Kompli qari

Niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Ktieb

Għada t-3 ta’ Marzu ser jiġi ċċelebrat fir-Renju Unit il-Jum Dinji tal-Ktieb. Il-Jum Dinji tal-Ktieb kif rikonoxxut mill-UNESCO ser jiġi ċċelebrat madwar id-dinja kollha fit-23 ta’ April, għaldaqstant il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jieħu din l-opportunità biċ-ċelebrazzjoni tal-ktieb fir-Renju Unit sabiex jagħmel messaġġ favur il-qari u l-kotba. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq...

Kompli qari

Manwal għall-Utenti tal-ISBN bil-Malti

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma li għadu kemm ippubblika f’forma elettronika traduzzjoni bil-Malti tas-sitt edizzjoni tal-ISBN Users’ Manual bit-titlu ‘Manwal għall-Utenti tal-ISBN’.  Dan il-manwal huwa għodda mportanti ta’ kif jiġi msawwar l-ISBN ta’ kull pubblikazzjoni, sew f’forma stampata, kif ukoll f’forom oħra bħal dik elettronika.  Hemm ukoll informazzjoni importanti oħra...

Kompli qari

Rebbieħa tal-Konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ 2015

L-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtiequ jħabbru li r-rebbieħa tal-Konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ 2015 huma Rita Saliba bil-manuskritt tagħha ‘Il-kulur tal-lellux’ u Roberta Bajada bil-manuskritt ‘Termini u Kundizzjonijiet Japplikaw’. Iċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni saret nhar il-Ħamis, 11 ta’ Frar, 2016 fil-‘Youth Village’ ta’ Aġenżija Żgħażagħ f’Santa Venera u kienet...

Kompli qari

Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors ta’ Films Qosra KNK PBS 2016

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) flimkien mal-Public Broadcasting Services (PBS) bi pjaċir iħabbru li għadhom kif fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors ta’ Films Qosra 2016. Dan il-konkors huwa miftuħ għal timijiet li jagħmlu films qosra bil-Malti ta’ bejn 15-20 minuta msejsa fuq novella Maltija ppubblikata. Biex japplika, it-tim irid jissottometti script kif ukoll...

Kompli qari

Rapport Annwali 2015

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir jippreżenta r-Rapport Annwali tal-2015 – sena mimmlijja inizzjattivi ġodda, sena ta’ xogħol bla waqfien minn tim żgħir li qiegħed jikber biż-żmien, sena ta’ bosta kollaborazzjonijiet, biss aktar importanti minn hekk, l-2015 kienet sena ddedikata għall-promozzjoni tal-kotba u l-qari. Hawn issibu ħolqa għall-verżjoni digitali bil-Malti: rapport annwali...

Kompli qari

Pagamenti tal-PLR għal Ottubru-Diċembru 2015

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li qed iqassam il-ħames pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku (Public Lending Rights – PLR) lil dawk l-awturi, illustraturi jew fotografi li l-kotba tagħhom ġew mislufa mil-Libreriji Pubbliċi f’Malta w Għawdex matul il-perjodu 1 ta’ Ottubru, 2015 u l-31 ta’ Diċembru, 2015. Il-lista ta’ dawn il-persuni bis-self...

Kompli qari

Konsultazzjoni Pubblika fuq it-tfassil tal-liġi tal-KNK 16/01/16

Bħalissa l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qiegħed fil-fażi ta’ konsultazzjoni mal-kittieba u l-pubblikaturi fil-proċess tat-tfassil tal-leġiżlazzjoni fuq il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Il-KNK, li jaqa’ taħt il-Ministeru tal-Edukazzjoni, inħoloq fl-2001 biex jikkoordina servizzi istituzzjonali li għandhom x’jasqmu mad-dinja tal-ktieb bħall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb u d-distribuzzjoni tal-ISBN f’Malta. L-għan tal-KNK hu li...

Kompli qari