Home / News / Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna Back to News Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News • Other 26th May, 2025 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed jistieden għal darb’oħra lill-professjonisti kollha fl-industrija tal-kotba Maltija biex jipparteċipaw f’sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-aġent letterarju internazzjonali Simon Trewin. Is-sessjoni ‘Everything You Ever Wanted to Know About Publishing Contracts… But Never Dared Ask’ se ssir fit-30 ta’ Mejju fl-4pm u se ddum 90 minuta. Trewin se jfiehem pass pass kif ikun kuntratt normali tal-pubblikazzjoni bejn awtur u pubblikatur, u xi jfissru kull klawżola li jkun hemm. Se jkun hemm ħin biżżejjed għall-mistoqsijiet. Dis-sessjoni hi tkomplija ta’ dik li tellajna fi Frar li għadda, li kien jisimha ‘The Rights Stuff’. Trewin se juża kuntratt eżistenti bħala każ ta’ studju (ixxerjat fuq skrin), u bi kliem sempliċi jħaffef il-kliem legali li wieħed normalment isib u jgħid kif jaffettawaw lill-awtur u lill-pubblikatur. Fost l-oħrajn, se nitkellmu dawr: X’inhuma d-drittijiet li se tkun qed tagħti lill-parti l-oħra u x’inhuma dawk li se tkun qed takkwista Id-differenza bejn dħul nett u d-dħul minn drittijiet skont kemm ikun jiswa l-ktieb X’inhi l-klawżola tal-għażla u xi tfisser għall-kotba futuri tiegħek Kif taħdem il-kwistjoni tat-treġġigħ lura tad-drittijiet Fejn l-aħjar li tagħmel pass lura – u kif tagħmlu Trewin huwa veteran tal-industrija tal-kotba fir-Renju Unit, u minn taħt idejh għaddew awturi li ġew tradotti f’60 lingwa differenti, fosthom kittieba rinomati bħal John Boyne u Paul Lynch, rebbieħ tal-Premju Booker. Il-ħidma bejn il-KNK u Trewin ilha għaddejja diversi snin, u bis-saħħa tagħha Trewin qed jaġixxi bħala ambaxxatur letterarju għal Malta. Il-laqgħa se tkun irrikordjata u arkivjata b’mod miktub sabiex kulħadd ikun jista’ jaċċessaha fil-futur.Is-sessjoni b’xejn, iżda trid tinkiteb hawnhekk. Dawk il-parteċipanti li jkollhom xi mistoqsijiet iridu jniżżluhom fil-formola stess li se tinkitbu biha. SHARE POST Related Articles ARA: Minn Malta għad-Dinja – Dokuserje dwar il-Letteratura Maltija Tradotta News 21st May, 2026 Read More Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More view all similar news
ARA: Minn Malta għad-Dinja – Dokuserje dwar il-Letteratura Maltija Tradotta News 21st May, 2026 Read More
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More