Maltese Literature Nights fil-preżenza ta’ Lou Drofenik u Loranne Vella

B’kollaborazzjoni ma’ Librebook – Bruxelles, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar il-preżenza fi Brussel ta’ żewġ kittieba Maltin u rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, Lou Drofenik u Loranne Vella, għal serje ta’ laqgħat mall-kittieba, qari, u diskussjonijiet dwar xogħolhom u l-kitba Maltija. Fis-16 u d-19 ta’ Marzu, iċ-ċentru letterarju Librebook se...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Prof. Carmen Depasquale

F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Prof. Carmen Depasuale dwar il-ħidma tagħha b’risq il-kuntatt kulturali bejn Malta u Franza, kif ukoll dwar il-kitbiet tagħha, partikularment dawk dwar il-Kavallieri u l-ħajja f’Malta fis-Seklu 18. Fost l-oħrajn, Prof. Depasquale tkellmet dwar xi jfissru l-Kavallieri għal Malta llum, il-paċi dejjiema, u...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Dr. Joan Abela

F’dan l-episodju minn ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Dr. Joan Abela. Fl-intervista se tisma’ dwar il-konservazzjoni tal-kotba u d-dedikazzjoni li għandha l-mistiedna lejn din il-professjoni, dwar il-proġett tar-rijabilitazzjoni tal-Arkivji Notarili, u dwar il-pubblikazzjonijiet ta’ Dr. Joan. “Jekk ma jkollniex id-dokumenti ma nistgħux niktbu l-istorja, nistgħu biss nivvintaw”. Isma’ l-intervista...

Kompli qari

Kotba biss kotba spiss: l-attivitajiet letterarji waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2019

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’ħidma mal-Għaqda tal-Malti – Università, jinsab issa fis-sitt edizzjoni tiegħu u sa minn twelidu dejjem immira biex jipprovdi spazju għall-pubblikaturi u l-awturi Maltin biex jippromwovu xogħolhom ma’ udjenza matura, bħalma huma l-istudenti universitarji. Fadal biss fit ġimgħat biex jibda l-Festival fis-27 ta’ Marzu...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Jonathan Balzan

F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Jonathan Balzan dwar il-poeżiji tiegħu miġbura fi tliet ġabriet tul medda ta’ snin. Il-mistieden tkellem dwar diversi aspetti tal-poetika tiegħu, fosthom ir-relazzjoni bejn l-att personali tal-kitba u l-kuntatt soċjali, kif żviluppa poetikament bosta snin ta’ kitba, il-kapitaliżmu u l-konsumeriżmu u kif affettwah...

Kompli qari

Xogħol Awdjoviżiv 2019 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb: il-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra u s-Sejħa għall-Applikazzjonijiet għas-Sensiela ta’ Dokudrama 2019 tal-KNK

Bħala parti mill-plan tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb biex fl-2019 jibqa’ jipproduċi xogħol awdjoviżiv li jippromwovi lill-awturi fuq ix-xandir kummerċjali u pubbliku, qed inniedu bi pjaċir is-sejħiet għall-applikazzjonijiet għal żewġ inizjattivi għal dis-sena: il-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra u s-sejħa ġdida għal Sensiela ta’ Dokudrama 2019 tal-KNK. L-applikazzjonijiet għaż-żewġ inizjattivi jibqgħu jintlaqgħu...

Kompli qari

Ħareġ is-17-il Pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li qed iqassam is-sbatax-il pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku (Public Lending Rights) lil dawk l-awturi, illustraturi jew fotografi li l-kotba tagħhom ġew mislufa mil-Libreriji Pubbliċi f’Malta u Għawdex matul il-perjodu 1 ta’ Ottubru, 2018 sat-31 ta’ Diċembru, 2018.  Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar ukoll illi għal...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Ġorġ Peresso

F’dan l-episodju minn ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Ġorġ Peresso dwar il-kitbiet letterarji tiegħu u l-karriera fuq ir-radju. Il-mistieden tkellem dwar ir-relazzjoni bejn il-kwalità u l-kwantità fil-letteratura, għaliex ilu tant snin jikteb, dwar il-gost fil-kitba, il-politika jew l-impenn politiku tal-kittieb, dwar meta rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u meta ngħata...

Kompli qari