Il-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK – Sejħa għall-Applikazzjonijiet

  Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iniedi l-ewwel sejħa għal applikazzjonijiet għall-Fond għall-Adattament Ċinematografiku, maħsub biex jippromwovi aktar ix-xogħlijiet letterarji Maltin billi jappoġġja l-produzzjoni ta’ adattament ta’ film ibbażat fuq rumanz rebbieħ jew finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Il-fond se jkun qed jindirizza l-istadji kollha tal-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ proġett ibbażat fuq...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Keith Attard

F’dan l-episodju mis-sensiela ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Keith Attard. Mal-mistieden tkellimna dwar l-importanza ta’ dizzjunarji li jkopru reġistru partikulari (f’dal-każ ir-reġistru tal-logħba tal-ballun), is-sorsi varji li ġab l-informazzjoni minnhom, jekk ‘Ballun Pinġut’ laħaqx l-għan tiegħu li jsir għodda għax-xandara sportivi, kif ukoll dwar studju lingwistiku ieħor li jqabbel...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Michael Cini

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Michael Cini. Mal-mistieden tkellimna dwar l-element storiku fir-rumanzi tiegħu, post ir-rumanz storiku fil-Letteratura Maltija u r-relevanza tiegħu llum, il-fil patrijottiku fil-kitba tiegħu u l-patrijottiżmu fil-kuntest kurrenti, u kif jirrelataw flimkien ir-rumanzi tiegħu b’kuxjenza nazzjonali għal dawk b’kuxjenza aktar intima u personali, fost...

Kompli qari

Il-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2019

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jippubblika l-lista tal-kotba finalisti għall-edizzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019 għall-kotba ppubblikati fl-2018. Il-proċess tal-aġġudikazzjoni beda f’April, u t-tieni laqgħa saret fl-uffiċċju tal-KNK nhar il-15 ta’ Lulju, meta l-aġġudikanti ressqu l-lista sħiħa tal-finalisti, kif ukoll il-lista tal-kotba li m’għamluhiex għall-finali u r-raġunijiet warajhom. Dawk l-awturi li l-ktieb...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Lorraine Galea

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Lorraine Galea. Mal-mistiedna tkellimna dwar it-temi soċjali li jixirfu u jispirawha, l-element awtobijografiku fit-tfassil tar-rumanzi tal-kittieba, l-aspett volontarju fil-ħajja tagħha u kif dan jimxi id f’id mal-kitba, u metodi kif il-ġenituri jistgħu jrawmu d-drawwa tal-qari fit-tfal, fost oħrajn. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk....

Kompli qari

Ħareġ id-19-il pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li qed iqassam id-dsatax-il pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku (Public Lending Rights) lil dawk l-awturi, illustraturi jew fotografi li l-kotba tagħhom ġew mislufa mil-Libreriji Pubbliċi f’Malta u Għawdex matul il-perjodu 1 ta’ April, 2019 sat-30 ta’ Ġunju, 2019.   Il-lista ta’ dawn il-persuni bis-self relatat mal-kotba...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Paul P. Borg (it-tieni parti)

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara kompliet titkellem ma’ Paul P. Borg f’din it-tieni parti tal-intervista mill-ġimgħa l-oħra. Komplejna bl-intervista nitkellmu dwar ix-xogħol etnografiku tal-mistieden, dwar persuni li ltaqa’ magħhom huwa u jiddokumentahom, dak li tgħallem mingħand Maltin xjuħ li ż-żmien nesa, u r-riflessjonijiet tiegħu dwar in-natura tal-bhejjem u dik...

Kompli qari

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) bi pjaċir iħabbar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019, l-aktar ċelebrazzjoni tal-ktieb prominenti u prestiġjuża tas-sena, li se sseħħ f’Dar il-Mediterran (MCC), il-Belt Valletta, mill-Erbgħa 6 ta’ Novembru sal-Ħadd 10 ta’ Novembru. Il-poster għall-Festival ta’ din is-sena huwa xogħol l-illustratriċi magħrufa Lisa Falzon u d-diżinjatur grafiku Steven Scicluna....

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Paul P. Borg (l-ewwel parti)

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Paul P. Borg. Mal-mistieden tkellimna dwar il-kitbiet tiegħu relatati mal-ambjent, iċ-ċentralità tad-destin bħala karattru ieħor fir-rumanzi u n-novelli tiegħu, it-turment tal-ħsieb bħala qagħda essenzjali fil-karattri, u dwar il-mistoqsijiet ewlenin li ffurmawlu l-qafas għal-letteratura tiegħu tul is-snin, fost oħrajn. Segwi din l-ewwel parti...

Kompli qari