Home / Back to Winners Varjazzjonijiet tas-Skiet 4th November, 2019 xejn għajr iż-żattit tal-lożor bejn riġlejna mħabblal-aħħar qtar tan-nida jiffissed ma’ truf-il ħġieġJiżfen ma’ kull nefħa riħil-purtieri jitħajmu fl-irtuba bajda tal-ewwel imrieżaqu aħna magħhom, imkebbin fis-sħana ta’ xulxinħarira ‘l fuq minn rasnanifsijietna sospiżi —dal-mument ma jeħtiġlux norqmuh bi kliembiżżejjed inqiegħed imnifsejja fin-nwejqa ta’ taħt gerżumtekbiex nerġa’ nsibek sħiħinħoss il-ħajja tħabbat fl-arterji ta’ għonqoku jtini li nieħdok fejn l-arja għandha riħa ta’ baħarfejn il-bużbież salvaġġ jikber bla rażanqatt rajt fjura tal-kappar? qatt doqt il-bajtar tax-xewk?xejn għajr sikta u mlusagħajnejk iżommu ‘l tiegħi dawk il-ftit sekondi żejdagħajnejk mappa f’din l-hena usa’, ġdida SHARE POST