Skip to content

ESTRI: Wirja temporanja, bil-parteċipazzjoni ta’ illustraturi u poeti – Kotba Calleja u l-Malta Community of Illustrators (MCOI) – L-Atelier

5th November, 2025
5:00 PM - 9:00 PM
ESTRI: Wirja temporanja, bil-parteċipazzjoni ta’ illustraturi u poeti – Kotba Calleja u l-Malta Community of Illustrators (MCOI) – L-Atelier

Wirja ta’ sketchbooks ta’ diversi illustraturi li permezz tat-tpinġijiet u esperimenti viżivi tagħhom jiddjalogaw max-xogħol ta’ poeti kontemporanji Maltin.  Din il-wirja hija frott l-ewwel kollaborazzjoni bejn Kotba Calleja u l-Malta Community of Illustrators (MCOI).

Għal dal-proġett, l-illustraturi ġew mistiedna jaħdmu esklussivament fuq il-karta – mhux b’mod diġitali – b’kotba maħduma bl-idejn. Barra minn hekk, apparti li kull illustratur u illustratriċi ngħataw għażla ta’ poeżiji biex jaħdmu fuqhom, ingħataw struzzjonijiet biex fuq l-isketchbooks jippreżentaw biss ideat, ħsibijiet u esperimenti viżivi.  Dil-wirja, allura, hija wkoll ġabra ta’ ħsibijiet innovattivi u friski li minnhom tista’ tisseddaq kemm l-arti tal-illustrazzjoni kif ukoll il-poeżija kontemporanja Maltija.

SHARE POST

Similar Posts
This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.