Skip to content

Nagħmlu Zine Flimkien (Etajiet 8+): Workshop minn MJ Tolu – Malta Community of Illustrators (MCOI) u KNK – L-Atelier 🇬🇧

8th November, 2025
12:30 PM - 2:00 PM
Nagħmlu Zine Flimkien (Etajiet 8+): Workshop minn MJ Tolu – Malta Community of Illustrators (MCOI) u KNK – L-Atelier 🇬🇧

Dan il-workshop dwar kif tipproduċi zine –  ktejjeb mhux kummerċjali magħmul bl-idejn – se jieħu lill-parteċipanti fi vjaġġ spontanju ta’ kreattività li se tiffoka fuq il-collage u l-upcycling. Se jintużaw karti, paġni minn kotba qodma u fuljetti sabiex jiġu rriċiklati fi ktejbiet viżivi u qawwijin li jesploraw ix-xogħol bis-saffi, ir-rakkuntar tal-istejjer, u d-disinn. Biex tipparteċipa m’hemmx bżonn tkun tifhem fit-tpinġija jew il-kitba. Dan il-metodu forma ta’ logħba perfett għal dawk li għadhom jibdew, għadhom żgħar,  jew għandhom interess speċjali fil-collage, u l-ispazju kreat se jkun wieħed fejn tista’ tesperimenti, tħallat mill-ġdid, u tesprimi l-ideat tiegħek billi taqta’ minn hawn u tweħħel minn hemm.

M’għandekx bżonn tkun espert biex tipparteċipa. Dal-workshop se joffrilek ambjent rilassat u kreattiv biex tiskopri kif tagħmel zine u kif tirrakkonta storja bil-viżiv.

Dan il-workshop tajjeb għal persuni minn tmien snin ’il fuq; madankollu tfal ta’ bejn 8 u 12-il sena jridu jkunu ma’ xi ħadd adult. Min jibbukkja l-ewwel jinqed l-ewwel, u hemm 10 postijiet disponibbli.

Sponsorjat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Faber-Castell.

SHARE POST

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.